6. Il-Ħwejjeġ Maħluqa għandhom Awtonomija Leġittima


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  02/04/1986.

1. Il-ħolqien, li dwar l-iskop tiegħu immeditajna fil-katekeżi preċedenti mill-punt di vista tad-dimensjoni “traxxindentali”, jesiġi wkoll riflessjoni mill-punt di vista tad-dimensjoni  inerenti. Dan illum huwa partkolarment meħtieġ minħabba l-progress tax-xjenza u t-teknika, li ntroduċiet bidliet sinifikattivi  fil-mentalità ta’ bosta bnedmin ta’ żmienna. Infatti bosta kontemporanji tagħna donnhom jibżgħu li, jekk jirrendu dojoq ħafna l-irbit bejn l-attività umana u reliġjuża, tiġi nfixkla l-awtonomija tal-bnedmin, tas-soċjetà tax-xjenzi” (Gaudium et Spes39).

Il-Konċilju ffaċċja din il-problema, li hija magħquda b’mod strett mal-verità tal-fidi dwar il-ħolqien u l-iskop tiegħu, waqt li ppropona spjega ċara u konvinċenti. Nisimgħuha.  

2. “Jekk b’awtonomija tar-realtajiet terreni nifhmu li l-affarijiet maħluqa u l-istess soċjetà għandhom liġijiet u valuri propji, li l-bniedem b’mod gradat irid jiskopri, juża u jqiegħed f’posthom, allura din hija esiġenza leġittima, li mhix imfassla mill-bnedmin ta’ żmienna, ukoll jekk din taqbel mar-rieda tal-Ħallieq. Infatti huwa mill-istess kundizzjoni tagħhom ta’ krejaturi li l-affarijiet kollha jirċievu il-konsistenza propja, il-verità, it-tjubija, il-liġijiet tagħhom propji u l-ordni tagħhom; dan kollu l-bniedem huwa mistenni jirrispetta, waqt li jagħraf l-esiġenzi tal-metodu propju ta’ kull xjenza jew arti singola. Għalhekk ir-riċerka metodika ta’ kull dixxiplina, jekk tipproċedi b’mod tassew xjentifiku u skont in-normi morali, ma tkun qatt f’kuntrast veru mal-fidi, għaliex ir-realtajiet profani u r-realtajiet tal-fidi oriġinaw mill-istess Alla..

“Anzi, min jistà jisforza b’umiltà u perseveranza biex jifhem sewwa s-sigrieti tar-realtà, ukoll mingħajr ma jintebaħ jiġi bħal immexxi minn id Alla, li waqt li żżomm jeżistu l-ħwejjeġ kollha, tagħmel li jkunu dak li huma. F’dan il-punt jiġi permess lilna li nikkundannaw ċerti atteġġjamenti mentali, li kultant ma linqas jonqsu fost l-insara, li jiġu mill-fatt  li linqas ma jkunu għarfu biżżejjed l-awtonomija leġittima tax-xjenza, u li, waqt li jqanqlu  disputi u kontroversji, jiġbdu bosta spirti sal-punt li jqisu li x-xjenza u l-fidi jopponu lil xulxin.

“Jekk iżda bl-espressjoni «awtonomija tar-realtajiet temporali» wieħed jifhem li l-ħwejjeġ maħluqa ma jiddependux minn Alla, u li l-bniedem jistà  jużahom b’mod li ma jirreferihomx lill-Ħallieq, allura ħadd minn dawk li jemmnu f’Alla ma jintebaħ kemm huma foloz tali opinjonijiet. Il-krejatura, infatti, mingħajr il-Ħallieq tgħib. Mill-bqija dawk kollha li jemmnu, fi kwalunkwè reliġjon, dejjem fehmu l-leħen u l-manifestazzjoni tiegħu fil-lingwaġġ tal-krejaturi. Anzi,  it-tnessija ta’ Alla ċċaħħad mid-dawl lill-krejatura nfisha” (Gaudium et Spes, 36).

3. Sa hawn it-test konċiljari. Dan jikkostitwixxi żvilupp tat-tagħlim li l-fidi toffri dwar il-ħolqien, u topera konfront illuminanti bejn din il-verità tal-fidi u l-mentalità tal-bnedmin ta’ żmienna, ikkondizzjonatha b’mod qawwi mill-iżvilupp tax-xjenzi naturali u mill-progress tat-teknika. Infittxu li niġbru f’sintesi organika l-ħsibijiet ewlenin miġbura fil-paragrafu 36 tal-kostituzzjoni Gaudium et Spes.

A) Fid-dawl tad-duttrina tal-Konċilju Vatikan II il-verità dwar il-ħolqien mhix bis verità tal-fidi bbażata fuq ir-rivelazzjoni tat-Testment il-Qadim u l-Ġdid. Hija hi wkoll verità li tgħaqqad il-bnedmin kollha li jemmnu “fi kwalunkwè reliġjon li tagħha jagħmlu parti”, dawk kollha jiġifieri li fil-“lingwaġġ tal-krejaturi jfissru l-leħen u l-manifestazzjoni tal-Ħallieq”.

B) Din il-verità immanifestatha pjenament fir-rivelazzjoni, hi madankollu minnha nfiha aċċessibbli għar-raġuni umana. Dan nistgħu nikkonkluduh mit-totaliità tal-argumentazzjoni tat-test konċiljari u b’mod partikolari mis-sentenza “Il-krejatura . . . mingħajr il-Ħallieq tgħib”, “in-nisi ta’Alla jċaħħad mid-dawl lill-krejatura”. Dawn l-espressjonijiet (ta’ linqas b’mod indirett) jindikaw li d-dinja tal-krejaturi tinħtieġ ir-Raġuni Aħħarija, u l-Kawża Primarja. Huwa bis-saħħa tan-natura tagħhom stess li l-esseri kontinġenti jinħtieġu biex jeżistu, minn appoġġ fl-Assolut (Fl-Esseri meħtieġ), li huwa Eżistenza fih innifsu (“Esse subsistens”). Id-dinja kontinġenti u li tgħaddi “tgħib mingħajr il-Ħallieq”.

C) F’relazzjoni mal-verità, hekk mifhumha, dwar il-ħolqien, il-Konċilju jopera distinzjoni fundamentali bejn l-awtonomija “leġittma” u dik “illeġittima” tar-realtajiet terreni. Illeġittima (jiġifieri mhix konformi mal-verifika tar-rivelazzjoni) hija l-awtonomija li tipproklama l-indipendenza tar-realtajiet maħluqa minn Alla Ħallieq, u ssostni “li l-ħwejjeġ maħluqin ma jiddependux minn Alla, u li l-bniedem jistà jħaddimhom b’mod li li ma jirreferihomx lill-Ħallieq”. Tali mod ta’ fehim u ta’ mġieba jinnega u jirrifjuta l-verità dwar il-ħolqien; u l-biċċa l-kbira – jekk mhux saħansitra bħala prinċipju – tali pożizzjoni tiġi sostnuta propju f’isem l-“awtonomija” tad-dinja u tal-bniedem fid-dinja, tal-għarfien u tal-azzjoni umana. Huwa però tajjeb li nżidu minnufih li fl-kuntest ta’ “awtonomja” hekk mifhuma huwa l-bniedem li jiġi fir-realtà miċħud mill-awtonomija propja fil-konfront tad-dinja, u jispiċċa biex isib lilu nnifsu “de facto” sottomess għaliha. Din hija tema li fuqha rridu nerġgħu lura.

D) L-“awtonomija tar-realtajiet terreni” mifhumha b’dan il-mod hija – skont it-test ikkwotat tal-kostituzzjoni Gaudium et Spes – mhux biss illeġittima, imma wkoll inutli. Infatti l-ħwejjaġ maħluqin jgawdu minn awtonomija tagħhom propja “bir-rieda tal-Ħallieq”, li hija radikata fin-natura tagħhom stess, waqt li tappartieni għall-iskop tal-ħolqien (fid-dimensjoni  inerenti tiegħu). “Infatti hija mill-istess kondizzjoni tagħhom ta’ krejaturi li l-ħwejjeġ kollha jirċievu il-konsistenza, il-verità, it-tjubija propja tagħhom, il-liġijiet propji tagħhom u l-ordni tagħhom”. L-affermazzjoni jekk tirreferi għall-krejaturi kollha tad-dinja viżibbli, tirreferi b’mod  distint għall-bniedem. Infatti l-bniedem, bl-istess kejl li bih ifittex li “jiskopri, juża u  jorganizza: b’mod koerenti l-liġijiet u l-valuri tal-kożmu mhux biss jipparteċipa b’mod krejattiv l-awtonomija leġittima tal-ħwejjeġ maħluqa, imma jwettaq b’mod korrett l-awtonomija li hija tiegħu propja. U hekk jiltaqà mal-finalità  inerenti tal-ħolqien, u wkoll indirettament mal-Ħallieq: “jiġi bħal immexxi minn id Alla, li waqt li żżomm fl-eżistenza l-ħwejjeġ kollha, tara li jkunu dak li huma” (Gaudium et Spes, 36).

4. Jeħtieġ li nżidu li mal-problema tal-“leġittima awtonomija tar-realtajiet terreni” wieħed irid ukoll jorbot il-problema, illum maħsusa sew, tal-“ekoloġija”, jiġifieri il-preokkupazzjoni għall-protezzjoni u l-priservazzjoni tal-ambjent naturali.

L-instabilità ekoloġika, li tassumi dejjem forma ta’ egoiżmu antikomunitarju, tiġi mill-użu arbitrarju – u fl-aħħar minn l-aħħar  detrimentali – tal-krejaturi, li tagħhom wieħed jikser il-liġijijiet u l-ordni naturali, waqt li jinjora jew jiddisprezza l-finalità li hija inerenti għall-opra tal-ħolqien. Ukoll tali mod ta’ mġieba jiġu minn interpretazzjoni falza tal-awtonomija tal-ħwejjeġ terreni. Meta l-bniedem juża dawn il-ħwejjeġ “hekk li ma jirreferihomx lill-Ħallieq” – biex mill-ġdid nużaw l-kliem tal-kostituzzjoni konċiljari – huwa jġib fuqu nnifsu ħsarat inkalkolabbli.

Is-soluzzjoni tal-problema tat-theddida ekoloġika tibqà  f’konnessjoni mill-qrib mal-prinċipji tal-“awtonomija leġittima tar-realtajiet terreni”, jiġifieri fl-aħħar minn l-aħħar mal-verità dwar il-ħolqien u dwar il-Ħallieq tad-dinja.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.