It-talb kien il-kuraġġ għall-Kardinal George Pell


F’intervista rari mxandra 4 xhur wara li l-Kardinal Awstraljan George Pell kien meħlus minn akkużi ta’ pedofilja, huwa qal li kien it-talb li żommu milli jiddispra. Il-Kardinal għadda 13-il xahar magħluq waħdu fil-ħabs mingħajr ma kienu jħalluh iqaddes. 

Huwa qal li “l-virtu’ tat-tama Nisranija hi differenti mill-ottimiżmu Nisrani. Ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi fil-ħajja, maż-żmien kollox jiġi sew. Hemm Alla twajjeb li jieħu ħsieb anke meta jkun hemm waqtiet terribbli”. Il-Kardinal, li għandu  79 sena, kellu kliem ta’ ringrazzjamen għad-diċenza tal-uffiċjali tal-ħabs, li kienu jitħaddtu miegħu u ma rġiel oħra fil-ħabs. Hemmhekk irċieva mal-4,000 ittra, l-aktar minn dawk li qalulu li qegħdin jitolbu għalih.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.