Eżaminat miraklu li jista’ jwassal għall-beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu I



Wieħed mill-iqsar pontifikati fl-istorja jista’ jġib fuq l-altari Papa ieħor tas-seklu 20. Ġwanni Pawlu 1 dam biss 34 ġurnata fuq is-Siġġu ta’ Pietru imma x-xhieda tiegħu, mhux biss f’dak il-perjodu imma wkoll fis-snin ta’ qabel bħala l-Patrijarka ta’ Venezja, għadha tinħass sal-lum.

Jixraqlu li nibqgħu nafuh bħala l-Papa bit-tbissima, bniedem kwiet imma ta’ ererġija pastorali. Prova ta’ dan hi l-attitudni u x-xogħol tiegħu fil-Konċilju Vatikan II. Il-Papa Luciani daħħal arja friska fil-Knisja meta kien hemm ambjent ta’ pessimiżmu.
Il-proċess biex il-Papa Gwanni Pawlu I jiġi dikjarat qaddis beda fl-2003. Qed jiġi eżaminat il-miraklu li jista’ jwassal għall-beatifikazzjoni tiegħu. Hu fejqan straordinarju bl-interċessjoni tiegħu li sar fl-2011 fid-djoċesi ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina.
https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-08/pope-john-paul-i-election-anniversary-42-years.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

ReplyForward