(Il-forma l-qasira)
Is-saċerdot jew id-Djaknu bil-wieqfa, wiċċu lejn l-għarajjes, jistieden lil ġemgħa għat-talb:
Ħuti għeżież, bit-talb umli tagħna
insejħu l-barka t’Alla fuq dawn l-għarajjes,
biex fit-tjieba tiegħu jgħinhom u jweżinhom
issa li tahom il-grazzja tas-Sagrament taż-Żwieġ.
U kulħadd jitlob għal ftit waqtiet fis-skiet
Imbagħad is-saċerdot jew id-djaknu b’idejh mifruxa fuq l-għarajjes ikompli:
Missier qaddis,
Int għamilt id-dinja b’kull ma fiha,
ħlaqt ir-raġel u l-mara xbieha tiegħek,
u fawwart bil-barka tiegħek ir-rabta ta’ bejniethom;
quddiemek inressqu t-talb umli tagħna
għal dawn l-qaddejja tiegħek
li illum ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ.
Fuq din l-għarusa N., Mulej,
u fuq is-sieħeb ta’ ħajjitha N.,
sawwab bil-kotra l-barka tiegħek
u l-qawwa tal-Ispirtu Qaddis tiegħek
mis-sema jkebbsilhom qlubhom,
biex waqt li jithennew b’xulxin fil-ħajja taż-żwieġ,
iżejnu b’uliedhom il-familja u jkattru l-Knisja.
Lilek Mulej, ifaħħru fil-ferħ tagħhom,
lilek ifittxu waqt in-niket;
kun magħhom tul ħidmiethom,
biex tferraħhom bl-għajnuna tiegħek;
ieqaf magħhom fi ħtiġijiethom,
biex ittaffilhom it-toqol;
lilek jitolbu fil-ġemgħa mqaddsa tal-Knisja,
u, wara ħajja ta’ riżq u għomor twil,
mal-ġemgħa ħbieb li għandhom madwarhom,
jaslu fis-saltna tas-Sema.
Bi Kristu Sidna. Ammen.