Rit tat-tifi tal-Blandun fi tmiem żmien il-Għid


Rit ta’ konklużjoni – Filgħaxija, f’għeluq il-quddiesa vespertina jew tat-tieni għasar, jista’ jsir ir-“Rit tat-tifi tal-Blandun” jew ix-xemgħa tal-Għid. Dan jista’ jsir skont dan ir-Rit. Wara t-talba ta’ wara t-Tqarbin, iċ-ċelebrant jmur quddiem il-Blandun li jkun għadu mixgħul u jagħmel din l-introduzzjoni qasira:

Ħuti għeżież, fil-lejl għażiż li ta l-ħajja lil aktar żmien hieni taż-żmien il-Għid, il-jum ta’ ħamsin jum, meta xgħelna din ix-xemgħa sejjaħna lil Kristu id-Dawl tagħna. U dan id-dawl tal-Blandun akkumpanjana f’dawn il-ħamsin ġurnata u saħħaħ fina l-verità l-aktar kbira tal-misteru tal-Għid.

Illum, fil-ġurnata tal-Pentecoste, f’għeluq iż-Żmien tal-Għid, ser jintefa’ l-Blandun; dan is-sinjal ser jiġi mneħħi, anke għaliex, imħarġin fit-tagħlim tal-Għid tal-Imgħallem tagħna Rxuxtat u mħeġġa u mqawwija bid-don tal-Ispirtu s-Santu, issa nibdew inkunu aħna “Id-Dawl ta’ Kristu” li jiddi, bħala kolonna ta’ dawl li tgħaddi mid-dinja, f’nofs ħutna, biex tiggwida f’dan l-esodu lejn “l-art imwegħda”. Nibqgħu naraw, fiż-żmien tas-sena liturġika,  jiddi d-dawl ta’ din ix-xemgħa tal-Għid b’mod partikolari f’żewġ mumenti importanti fil-mixja tal-Knisja: fl-ewwel Għid li fih jgħixu uliedha permezz tal-Magħmudija, u għall-aħħar Għid, meta, permezz tal-mewt, jidħlu fil-ħajja eterna.

Il-Kantur (minn [2], n.278)

Il-Mulej hu d-dawl li jirbaħ il-lejl.

L-Assemblea:

Glorja, glorja inkantaw lil Mulej. (x2)

Iċ-Ċelebrant:

O xemx tal-ġustizzja, raġġ qaddis, l-ewwel għajn ta’ dawl, il-mixtieq, l-aqwa u l-ikbar fost kollox u fost kulħadd; qawwi, infallibbli; ferħ ta’ dak kollu li hu tajjeb, tama, imfaħħar u qaddis, Kristu l-kreatur, Re tal-glorja, ċertezza ta’ ħajja, imla l-lakuni (l-vojt) tal-vuċi tagħna permezz tal-Kelma qawwija  tiegħek, u offriha bħala supplika mixtieqa lill-Missier tiegħek l-aktar għoli.

L-Assemblea:

Glorja, glorja inkantaw lil Mulej. (x2)

Iċ-Ċelebrant:

Splendur tal-glorja tal-Missier, li jitrasmetti ċ-ċarezza tad-dawl veru, raġġ ta’ dawl, sors ta’ kull glorja. Int,il- jum li jdawwal il-ġurnata, il-veru xemx, infed u dawwal b’dija kostanti fis-sensi tagħna il-fjamma tal-Ispirtu tiegħek.

L-Assemblea:

Glorja, glorja inkantaw lil Mulej. (x2)

Iċ-Ċelebrant:

Int il-lampa tad-dar tal-missier li ddawwal b’dawl mifrux. Int ix-xemx tal-ġustizzja, il-jum li qatt ma jara t-tmiem, il-kewkba qawwija ta’ filgħodu.

L-Assemblea:

Glorja, glorja inkantaw lil Mulej. (x2)

Waqt li tkun qed titkanta l-aħħar akklamazzjoni, iċ-ċelebrant, id-djaknu jew il-ministru inkarigat jitfi il-Blandun  u dritt wara, jgħid din it-talba:

O ominpotenti u qawwi  Kristu Salvatur ħelu tagħna, li  tixgħel id-dawl tagħna; biex kontinwament jiddi u jibqa’ jiġi msaħħaħ minnek, int li int d-dawl dejjiemi; agħmel li jiċċaraw l-mumenti mdallma tal-ispirtu tagħna u li jitwarrab ‘l bogħod minna d-dlam tad-dinja. Agħmel, li naraw, nikkontemplaw, u nkabbru fina x-xewqa tieħeK biss, inħobbu lileK biss, fl-istennija mixtieqa tiegħeK, int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem

Ammen.

Il-Blandun jiġi mpoġġi lura fejn il-battisteru u r-rit jintemm bid-daqq solenni tal-orgni.