Ir-Rit tal-Magħmudija

Print Friendly, PDF & Email

Ir-Rit tal-Magħmudija jista’ jsir f’kull Quddiesa, preferibbilment fil-Ħdud meta l-Magħmudija ssib il-qofol tagħha fiċ-ċelebrazzjoni tal-Qawmien tal-Mulej mill-imwiet u l-iktar fil-Quddiesa li l-aktar jieħdu sehem fiha fidili. Dan ir-rit ma jistax jiġi ċċelebrat f’Ħamis ix-Xirka u fil-Ġimgħa l-Kbira. Mhux rakkomandat li jsir fil-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl, f’Lejlet il-Milied.

Fil-Quddiesa tal-Magħmudija jista’ jintuża l-kulur abjad sakemm ma tkunx qed issir f’xi wieħed miż-żminijiet fejn il-Quddiesa tal-Magħmudija ma tistax tiġi ċċelebrata minflok il-Quddiesa tal-Jum (Ħdud tal-Avvent, tar-Randan, solennitajiet, l-Erbgħa tar-Rmied u l-Ġimgħa l-Kbira kollha).


Ir-Rit tal-ilqugħ fil-Kommunità Nisranija

Iċ-Ċelebrant flimkien mal-konċelebranti  u l-ministri kollha jinżlu purċissjoni ħdejn il-bieb tal-knisja biex jilqgħu lit-trabi flimkien mal-familji tagħhom u l-parrini.

Iċ-Ċelebrant isellem lill-Ġemgħa u l-aktar lill-ġenituri u lill-parrini, imbagħad, jgħid lill-ġenituri:

Ċelebrant:

X’isem tridu tagħtu lit-tarbija tagħkom?

Ġenituri:

N… (l-isem tat-tarbija)

Ċelebrant:

X’qegħdin titolbu mill-knisja ta’ Alla għal N…?

Ġenituri:

Il-Magħmudija

Ċelebrant:

Għal tifel

Ġenituri, intom qegħdin titolbu l-Magħmudija għat-tarbija tagħkom. 

Għalhekk għandkom tkun tafu sewwa

bid-dmir li bih sejrin titgħabbew,

jiġifieri li trabbu lil dan binkom fil-fidi mqaddsa,

biex iħares il-kmandamenti ta’ Alla,

u jħobb lill-Mulej u l-proxxmu tiegħu kif għallima Kristu.

Għal tifla

Ġenituri, intom qegħdin titolbu l-Magħmudija għat-tarbija tagħkom.

Għalhekk għandkom tkun tafu sewwa

bid-dmir li bih sejrin titgħabbew,

jiġifieri li trabbu lil din bintkom fil-fidi mqaddsa,

biex tħares l-kmandamenti ta’ Alla,

u tħobb lill-Mulej u l-proxxmu tagħha kif għallima Kristu.

Għal ħafna

Ġenituri, intom qegħdin titolbu l-Magħmudija għat-trabi tagħkom.

Għalhekk għandkom tkun tafu sewwa

bid-dmir li bih sejrin titgħabbew,

jiġifieri li trabbu lil dan dawn uliedkom fil-fidi mqaddsa,

biex iħarsu l-kmandamenti ta’ Alla,

u jħobbu lill-Mulej u l-proxxmu tagħhom kif għallima Kristu.

Tafu sewwa b’dan id-dmir tagħkom?

Ġenituri:

Iva, nafu sewwa b’dan id-dmir tagħna.

Ċelebrant:

Għal tifel jew għal tifla

U intom, parrini, lesti li tgħinu lill-ġenituri ta’ din it-tarbija,

fil-qadi tad-dmir tagħhom?

Għal ħafna

U intom, parrini, lesti li tgħinu lill-ġenituri ta’ dawn it-trabi,

fil-qadi tad-dmir tagħhom?

Parrini:

Iva, aħna lesti li ngħinuhom.

Ċelebrant:

Għal tifel jew għal tifla

N, din ix-xirka nisranija tilqgħak fi ħdanha b’ferħ kbir.

F’isem din ix-xirka jiena se nimamrkak bis-sinjal tas-salib,

u, warajja, il-ġenituri u l-parrini tiegħek ukoll

se jimmarkawk bl-istess sinjal ta’ Kristu, is-Salvatur tagħna.

Għal ħafna

Uliedi, din ix-xirka nisranija tilqagħkom fi ħdanha b’ferħ kbir.

F’isem din ix-xirka jiena se nimmarkakom bis-sinjal tas-salib,

u, warajja, il-ġenituri u l-parrini tagħkom ukoll

se jimmarkawkom bl-istess sinjal ta’ Kristu, is-Salvatur tagħna.

Jagħmel is-sinjal tas-salib b’subgħajh il-kbir fuq il-ġbin ta’ kull tarbija bla ma jgħid xejn. Imbagħad jistieden lill-ġenituri u lill-parrini biex jagħmlu l-istess fuq it-trabi tagħhom.

Waqt innu adatt għad-dħul, iċ-Ċelebrant jimxi lejn l-artal flimkien mal-konċelebranti u l-ministri, u warajhom il-ġenituri bit-trabi u l-parrini. Filwaqt li ċ-Ċelebrant imur quddiem is-sedja, biex minn hemm ikompli l-Quddiesa, il-ġenituri u l-parrini joqgħodu fl-ewwel postijiet fil-knisja qrib il-presbiterju.

Tingħad (jew titkanta) il-Glorja ’l Alla u tingħad il-Kolletta.  Ir-radd tas-salib, it-tislima u l-att penitenzjali ma jsirux.

Liturġija tal-Kelma

Jixxandru s-siltiet mill-Kotba Mqaddsa u ssir l-omelija b’riflessjoni dwarhom.

Liturġija tal-Magħmudija

Wara l-omelija ma jingħadx il-Kredu, imma tingħad it-talba tal-ġemgħa li ġejja.

Ċelebrant:

Għal tifel

l-Aħwa għeżież,

ejjew nitolbu lil Sidna Ġesù Kristu

biex iħenn għal dan iċ-ċkejken

li se jirċievi l-grazzja tal-Magħmudija,

kif ukoll għall-ġenituri u l-parrini tiegħu ukoll

u għall-imgħammdin kollha.

Għal tifla

l-Aħwa għeżież,

ejjew nitolbu lil Sidna Ġesù Kristu

biex iħenn għal din iċ-ċkejkna

li se tirċievi l-grazzja tal-Magħmudija,

kif ukoll għall-ġenituri u l-parrini tagħha ukoll

u għall-imgħammdin kollha.

Għal ħafna

l-Aħwa għeżież,

ejjew nitolbu lil Sidna Ġesù Kristu

biex iħenn għal dawn iċ-ċkejknin

li se jirċievu l-grazzja tal-Magħmudija,

kif ukoll għall-ġenituri u l-parrini tagħhom ukoll

u għall-imgħammdin kollha.

Ċelebrant (jew lettur):

Għal tifel

Dawwal, Mulej, li dan iċ-ċkejken bid-dija tal-misteru mqaddes tal-mewt u l-qawmien tiegħek, nisslu mill-ġdid bil-magħmudija, u għaqqdu mal-Knisja tiegħek. Nitolbu.

Għal tifla

Dawwal, Mulej, li dawn iċ-ċkejknin bid-dija tal-misteru mqaddes tal-mewt u l-qawmien tiegħek, nissilha mill-ġdid bil-magħmudija, u għaqqadha mal-Knisja tiegħek. Nitolbu.

Għal ħafna

Dawwal, Mulej, li dawn iċ-ċkejknin bid-dija tal-misteru mqaddes tal-mewt u l-qawmien tiegħek, nissilhom mill-ġdid bil-magħmudija, u għaqqadhom mal-Knisja tiegħek. Nitolbu.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant (jew lettur):

Għal tifel

Agħmlu dixxiplu fidil tal-Evanġelju tiegħek bis-saħħa tal-magħmudija u tal-griżma.

Għal tifla

Agħmilha dixxiplu fidila tal-Evanġelju tiegħek bis-saħħa tal-magħmudija u tal-griżma.

Għal ħafna

Agħmilhom dixxipli fidili tal-Evanġelju tiegħek bis-saħħa tal-magħmudija u tal-griżma.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant (jew lettur):

Għal tifel

Qaddsu u wasslu għall-hena tas-saltna tas-smewwiet.

Għal tifla

Qaddisha u wassalha għall-hena tas-saltna tas-smewwiet.

Għal ħafna

Qaddishom u wassalhom għall-hena tas-saltna tas-smewwiet.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant (jew lettur):

Għal tifel

Agħmel li l-ġenituri u l-parrini tiegħu ikunu għalih mera mill-isbaħ ta’ ħajja ta’ fidi.

Għal tifla

Agħmel li l-ġenituri u l-parrini tagħha ikunu għaliha mera mill-isbaħ ta’ ħajja ta’ fidi.

Għal ħafna

Agħmel li l-ġenituri u l-parrini tagħhom ikunu għalihom mera mill-isbaħ ta’ ħajja ta’ fidi.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant (jew lettur):

Għal tifel

Żomm dejjem il-familja tiegħu fl-imħabba tiegħek,

Għal tifla

Żomm dejjem il-familja tagħha fl-imħabba tiegħek,

Għal ħafna

Żomm dejjem il- familji tagħhom fl-imħabba tiegħek,

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant (jew lettur):

Ġedded fina lkoll il-grazzja tal-magħmudija.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Wara dan iċ-Ċelebrant jistieden lill-ġemgħa għal-Litanija qasira tal-Qaddisin.

Ċelebrant:                                                                                     Ġemgħa:

Qaddisa Marija, Omm Alla Sidna.                                 Itlob għalina.

San Mikiel.                                                                        Itlob għalina.

San Ġużepp.                                                                      Itlob għalina.

San Pietru u San Pawl.                                                  Itolbu għalina.

Jaqbel ħafna li jiżdiedu ismijiet ta’ Qaddisin oħra, l-aktar tal-Qaddisin protetturi tal-istess trabi u tal-knisja jew tal-post.

Qaddisin protetturi ta’ dawn it-trabi.                        Itolbu għalina.

Qaddisin protetturi tagħna.                                        Itolbu għalina.

Qaddisin kollha ta’ Alla.                                               Itolbu għalina.


Talba tal-Eżorċiżmu u d-Dlik biż-Żejt tal-Katekumeni

Il-ġenituri bit-tarbija tagħhom u l-parrini jersqu lejn iċ-Ċelebrant.

Iċ-Ċelebrant b’idejh miftuħa fuq it-trabi:

Ċelebrant:

Għal tifel jew għal tifla

Mulej, Alla li tista’ kollox,

li bgħatt lill-Iben il-waħdieni tiegħek

biex jeħles ill-bniedem mill-jasar tad-dnub

u jagħtih il-ħelsien tal-ulied adottivi tiegħek,

bl-umiltà kollha nitolbuk għal din it-tarbija.

Inti taf kemm għad tiġġarrab mill-ġibdiet ta’ din id-dinja,

u kemm għad ikollha  titqabad kontra l-qerq tax-xitan.

Bil-qawwa tal-passjoni u l-qawmien ta’ Ibnek,

Eħlisha mis-setgħa tad-dlamijet,

Saħħaħha bil-qawwa ta’ Kristu,

u ħarisha dejjem tul ħajjitha kollha.

Bi Kristu Sidna.

Għal ħafna

Mulej, Alla li tista’ kollox,

li bgħatt lill-Iben il-waħdieni tiegħek

biex jeħles ill-bniedem mill-jasar tad-dnub

u jagħtih il-ħelsien tal-ulied adottivi tiegħek,

bl-umiltà kollha nitolbuk għal dawn it-trabi.

Inti taf kemm għad jiġġarbu mill-ġibdiet ta’ din id-dinja,

u kemm għad ikollhom jitqabdu kontra l-qerq tax-xitan.

Bil-qawwa tal-passjoni u l-qawmien ta’ Ibnek,

Eħlishom mis-setgħa tad-dlamijet,

Saħħaħhom bil-qawwa ta’ Kristu,

u ħarishom dejjem tul ħajjithom kollha.

Bi Kristu Sidna.

Ġemgħa:

Ammen.


Ċelebrant:

Għal tifel jew għal tifla

Issaħħek il-qawwa ta’ Kristu is-Salvatur tagħna:

u aħna, bħala sinjal ta’ din il-qawwa,

nikkonsagrawk biż-żejt tas-salvazzjoni,

fl-istess Kristu Sidna,

li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Għal ħafna

Issaħħaħkom il-qawwa ta’ Kristu is-Salvatur tagħna:

u aħna, bħala sinjal ta’ din il-qawwa,

nikkonsagrawkom biż-żejt tas-salvazzjoni,

fl-istess Kristu Sidna,

li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Ġemgħa:

Ammen.

Il-Barka tal-ilma u s-sejħa ta’ Alla fuqu.

Iċ-ċelebrant, bil-kliem li ġej, ifisser il-pjan ta’ Alla għal-qdusija tal-bniedem permezz tal-ilma tal-magħmudija.

Ċelebrant:

Għal tifel

Ħuti għeżież, nitolbu lill-Mulej, Alla li jista’ kollox,

biex lil dan iċ-ċkejken jagħtih ħajja ġdida

mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu.

Għal tifla

Ħuti għeżież, nitolbu lill-Mulej, Alla li jista’ kollox,

biex lil din iċ-ċkejkna jagħtiha ħajja ġdida

mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu.

Għal ħafna

Ħuti għeżież, nitolbu lill-Mulej, Alla li jista’ kollox,

biex lil dawn iċ-ċkejknin jagħtihom ħajja ġdida

mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu.

Imbierek, int, o Alla, Missier li tista’ kollox,

li ħlaqt l-ilma biex inaddaf u jagħti l-ħajja

Ġemgħa:

Tkun imbierek, o Alla.

Ċelebrant:

Imbierek int, o Alla, Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

li minn ġenbek ħriġt ilma mħallat bid-demm,

biex mill-mewt u l-qawmien tiegħek titwieled il-knisja.

Ġemgħa:

Tkun imbierek, o Alla.

Ċelebrant:

Imbierek int, o Alla, Spirtu s-Santu,

li kkonsagrajt lil Kristu meta tgħammed fl-ilma tal-Ġordan,

biex aħna lkoll nitgħammdu fik.

Ġemgħa:

Tkun imbierek, o Alla.

Ċelebrant:

Kun magħna, Mulej, Missier wieħed ta’ kulħadd,

u qaddes dan l-ilma li int ħlaqt,

biex il-bnedmin li jitgħammdu bih jitnaddfu mid-dnub tagħhom,

u minnu jitwieldu mill-ġdid għall-ħajja tal-ulied adottivi tiegħek.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ċelebrant:

Qaddes, Mulej, dan l-ilma li int ħlaqt,

biex lil dawk kollha li jitgħammdu bih

fil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu

tagħtihom xebh mal-istess Ibnek.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Iċ-ċelebrant imiss l-ilma b’idu l-leminija:

Ċelebrant:

Qaddes, Mulej, dan l-ilma li inti ħlaqt,

biex dawk kollha li inti ħtar jitnisslu mill-ġdid fl-Ispirtu s-Santu,

u jissieħbu mal-poplu qaddis tiegħek.

Ġemgħa:

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Iċ- ċaħda tax-xitan u l-istqarrija tal-fidi

Ċelebrant:

Għal tifel

Għeżież ġenituri u parrini,

bis-sagrament tal-Magħmudija,

Alla fl-imħaba tiegħu,

se jagħti ħajja ġdida mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu

lil din it-tarbija li intom ġibtu hawn biex jitgħammed. 

Intom, mela, għandkom tfittxu li trabbuh fil-fidi,

biex din il-ħajja li hu ser jieħu mingħand Alla

ma tittiefes qatt mid-dnub, imma tibqa’ dejjem tikber fih.

Għalhekk, jekk intom,

imqanqlin mill-fidi tagħkom,

tinsabu lesti li tilqgħu fuqkom dan id-dmir,

ftakru fil-Maħmudija tagħkom,

iċħdu lid-dnub, u stqarru l-fidi f’Ġesù Kristu,

li hi l-fidi tal-Knisja li fiha ċ-ċkejknin jitgħammdu.

Għal tifla

Għeżież ġenituri u parrini,

bis-sagrament tal-Magħmudija,

Alla fl-imħaba tiegħu,

se jagħti ħajja ġdida mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu

lil din it-tarbija li intom ġibtu hawn biex titgħammed. 

Intom, mela, għandkom tfittxu li trabbuha fil-fidi,

biex din il-ħajja li hi ser tieħu mingħand Alla

ma tittiefes qatt mid-dnub, imma tibqa’ dejjem tikber fiha.

Għalhekk, jekk intom,

imqanqlin mill-fidi tagħkom,

tinsabu lesti li tilqgħu fuqkom dan id-dmir,

ftakru fil-Maħmudija tagħkom,

iċħdu lid-dnub, u stqarru l-fidi f’Ġesù Kristu,

li hi l-fidi tal-Knisja li fiha ċ-ċkejknin jitgħammdu.

Għal ħafna

Għeżież ġenituri u parrini,

bis-sagrament tal-Magħmudija,

Alla fl-imħaba tiegħu,

se jagħti ħajja ġdida mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu

lil dawn it-trabi li intom ġibtu hawn biex jitgħammdu. 

Intom, mela, għandkom tfittxu li trabbuhom fil-fidi,

biex din il-ħajja li huma ser jieħdu mingħand Alla

ma tittiefes qatt mid-dnub, imma tibqa’ dejjem tikber fihom.

Għalhekk, jekk intom,

imqanqlin mill-fidi tagħkom,

tinsabu lesti li tilqgħu fuqkom dan id-dmir,

ftakru fil-Maħmudija tagħkom,

iċħdu lid-dnub, u stqarru l-fidi f’Ġesù Kristu,

li hi l-fidi tal-Knisja li fiha ċ-ċkejknin jitgħammdu.

Tiċħdu lid-dnub, biex tgħixu fil-ħelsien ta’ wlied Alla?

Ġenituri u Parrini

Iva niċħad.

Ċelebrant:

Tiċħdu lill-qerq tal-ħażen biex id-dnub ma jaħkimx fuqkom?

Ġenituri u Parrini

Iva niċħad.

Ċelebrant:

Tiċħdu lix-xitan, li jqanqal u jħajjar għad-dnub?

Ġenituri u Parrini

Iva niċħad.

Ċelebrant:

Temmnu intom f’Alla,

il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art?

Ġenituri u Parrini

Iva nemmen.

Ċelebrant:

Temmnu f’Ġesù Kristu, Ibnu l-waħdieni u Sidna,

li twieled minn Marija Verġni,

bata u miet u difnuh,

qam minnbejn l-imwiet u qiegħed fil-lemin tal-Missier?

Ġenituri u Parrini

Iva nemmen.

Ċelebrant:

Temmnu fl-Ispirtu s-Santu,

fil-Knisja mqaddsa kattolika,

fix-xirka tal-qaddisin,

fil-maħfra tad-dnubiet,

fil-qawma mill-imwiet u fil-ħajja ta’ dejjem.

Ġenituri u Parrini

Iva nemmen.

Ċelebrant:

Din hi l-fidi tagħna. 

Din hi l-fidi tal-Knisja li aħna niftaħru li nistqarru f’Ġesù Kristu Sidna,

Ġemgħa:

Ammen.

Il-Magħmudija


Il-ġenituri u l-parrini jersqu lejn il-fonti tal-magħmudija bit-tarbija tagħhom

Ċelebrant:

Għal tifel

Tridu intom li N tirċievi l-Magħmudija

fil-fidi tal-knisja li aħna lkoll,

flimkien magħkom għadna kemm stqarrejna?

Għal tifla

Tridu intom li N tirċievi l-Magħmudija

fil-fidi tal-knisja li aħna lkoll,

flimkien magħkom għadna kemm stqarrejna?

Ġenituri

Iva, irrid.

Iċ-Ċelebrant isawwab l-ilma f’forma ta’ salib fuq ras it-tarbija waqt li jgħid il-kliem tat-tiswib.

Ċelebrant:

N, Jiena ngħammdek fl-isem tal-Missier, X

u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Id-dlik biż-żejt tal-Griżma

Ċelebrant:

Alla li jista’ kollox, Missier Sidna Ġesù  Kristu,

li ħelsek mid-dnub u tak ħajja ġdida

mill-ilma u mill-Ispirtu s-Santu,

jikkonsagrak biż-żejt tas-salvazzjoni,

biex tingħaqad mal-poplu tiegħu

u tibqa dejjem membru

ta’ Kristu s-Saċerdot, il-Profeta u s-Sultan,

u hekk tasal fil-ħajja ta’ dejjem.

Ġemgħa:

Ammen.

It-tlibbis bil-libsa l-bajda

Ċelebrant:

N, inti sirt ħolqien ġdid u lbis lil Kristu. 

Qis li din il-libsa bajda tkun għalik sinjal tad-dinjità tiegħek. 

Bil-għajnuna tal-kelma u l-eżempju ta’ qrabatek,

żommha fuqek bla tebgħa sal-ħajja ta’ dejjem.

Ġemgħa:

Ammen.

Il-għoti tax-xemgħa mixgħula

Xi ħadd mill-ġenituri jieħu xemgħa u jixgħelha mill-Blandun.

Ċelebrant:

Ħudu d-dawl ta’ Kristu.

Ġenituri u parrini

dan id-dawl qed jiġi afdat f’idejkom biex tgħożżuh,

ħalli t-tarbija tagħkom imdawla minn Kristu,

ma tieqaf qatt li timxi bħala wild id-dawl,

u tibqa’ sa l-aħħar sħiħa fil-fidi,

biex meta jiġi l-Mulej,

tmur tiltaqa’ miegħu mal-qaddisinkollha fis-sema.

Effatah

Ċelebrant:

Sidna Ġesù, li ta s-smiegħ lit-torox u l-klema lill-imbikkmin,

jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx

ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha,

u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek

biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.

Ġemgħa:

Ammen.


Il-Missierna

Ċelebrant:

Ħuti għeżież,

din it-tarbija, li ħadet ħajja ġdida bil-Magħmudija,

issa tissejjaħ wild Alla u hekk hi tassew. 

Hija a timtela bl-Ipsirtu s-Santu  fis-Sagrament tal-Griżma,

tersaq lejn l-artal tal-Mulej

biex tieħu sehem fil-mejda tas-sagrifiċċju tiegħu,

u fil-ġemgħa tal-Knisja, lil Alla ssejjaħlu Missierha. 

Għalhekk aħna issa,

magħqudin flimkien fl-ispirtu ta’ wlied adottivi

li lkoll irċevejna minn Alla,

ejjew nitolbu f’isem din it-tarbija

u ngħidu t-talba li għallimna l-Mulej.

Ġemgħa:

Missierna, li inti fis-smewwiet,
jitqaddes ismek,  tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.
Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.

Għeluq tar-Rit

Ċelebrant:

Intom li tgħammiddtu fi Kristu, ilbistu lil Kristu. 

Hallelujah, hallelujah.

Il-Mulej magħkom.

Ġemgħa:

U miegħek  ukoll.

Ċelebrant:

Iberikkom Alla, li jista’ kollox, X

il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

Ġemgħa:

Ammen.

Ċelebrant:

Morru fil-paċi ta’ Kristu.

Ġemgħa:

Inroddu ħajr lil Alla.

%d bloggers like this: