Il-Papa Franġisku jingħata l-ewwel kopja tal-Missal il-ġdid bit-Taljan


Bidliet sinjifikanti fit-talba tal-Missierna, fil-Glorja fit-Talba Ewkaristika.

Nhar il-Ġimgħa 28 t’Awwissu l-Papa Franġisku ngħata l-ewwel kopja tat-talb tal-Quddiesa kif rivedut bit-Taljan. Il-Missal se jkun fis-seħħ fl-Italja fl-Għid tas-sena 2021, għalkemm is-saċerdoti jistgħu jibdew jużawh hekk kif ikollhom kopja tiegħu.

Bidliet sinjifikanti fit-talba tal-Missierna, fil-Glorja fit-Talba Ewkaristika.

Il-Konferenza tal-Isqfijiet Taljani ilha taħdem fuq it-traduzzjoni tal-Missal għal kważi 20 sena. Ġie rivedut kollu kemm hu, fuq dak li sar bil-Latin fis-sena 2000 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Żewġ bidliet sinjifikanti huma fit-talba tal-Missierna u fil-Glorja. Fil-Missierna, il-kliem “La ddaħħalniex fit-tiġrib” inbidel għal “Tħalliniex nidħlu fit-tiġrib” u l-Glorja, minflok ma se tibda “Glorja ‘l Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba”, hi “Glorja ‘l Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu”, kif qiegħda fil-Vanġelu ta’ San Luqa 2, 14.

Fit-talba Ewkaristika, fil-verżjoni Taljana  hemm li d-demm ta’ Kristu xtered “għal kulħadd” minflok kif kienet li xtered “għal ħafna”.

https://cruxnow.com/vatican/2020/08/pope-gets-first-copy-of-italian-missal-translation/

Rapport għal-Laikos minn Joe Huber