Il-Covid-19 ma tirrispetta lil ħadd

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Tagle rriżulta pożittiv g]all-Covid 19

L-Eminenza Tiegħu Luis Antonio Tagle hu l-Kardinal inkarigat mill-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli u president tal-Caritas Internationalis. Hu persuna importanti u rispettata, imma mhux mill-Covid-19!

Kif nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru wasal f’pajjiżu, il-Filippini, sarlu t-test tal-Covid-19 u rriżulta pożittiv għalkemm tlett ijiem qabel sarlu test f’Ruma li kien negattiv. B’hekk il-Kardinal Tagle sar l-ewwel kap ta’ dikasteru tal-Vatikan li ntlaqat mill-Covid-19. Ikollu joqgħod fi kwarantina filwaqt li qed isiru testijiet fuq dawk li kienu viċin tiegħu fl-aħħar jiem.

Iktar kmien l-ġimgħa l-oħra l-Kardinal Tagle, li għandu 63 sena, mexxa riflessjoni online li fiha kkritika lil dawk li qed jieħdu vantaġġ mill-pandemija biex jagħmlu l-flus. “Waqt li ħafna nies qed ibatu u jiftaqru, hemm xi negozji u individwi li qed jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni. Jafu kif jistagħnew fuq in-niket u l-bżonnijiet tal-oħrajn biex jagħmlu profit.” Il-Kardinal wera t-tama tiegħu li “permezz tal-fidi f’Ġesù, il-pandemija twassal lin-nies għal stil ta’ ħajja ta’ mogħdrija u ta’ solidarjetà”.

Il-kriżi globali żieded it-għall-għajnuna mill-Caritas Internationalis b’iktar minn mija fil-mija. “Ħadd”, qal il-Kardinal, m’għandu jitħalla waħdu. Dan jagħti tama lil ħafna nies.”

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-09/cardinal-tagle-covid-tests-positive-manila.html

Rapprt għal-Laikos minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading