Parir siewi mingħand Madre Tereża
Santa Madre Tereża ta’ Kalkuta tistqarr li hemm żewġ stadji għal qdusija. L-ewwel hu wieħed naturali, jien irrid nistqarr: “Jien irrid inkun qaddis” Li nħalli kollox warajja dak li mhux ta’ Alla u li nagħżel bir-rieda kollha tiegħi li nħobb Lilu. Li nagħżel dak li kieku jagħżel Hu.
Madre Tereża tistqarr li t-tieni stadju hu meta “Jien nemmen, li ma hemmx persuna oħra fid-dinja li jeħtiġielha l-għajnuna u l-grazzja t’Alla. Inħossni fqira u dgħajfa”. B’dan il-mod jien inkun qed naċċetta li hi l-grazzja t’Alla li trid taħdem fija.
Santa Tereża ta’ Kalkuta tistqarr: “Il-Qdusija ma tikkonsistiex f’li nagħmlu l-affarijiet stra-ordinarji. Imma li naċċettaw b’tbissima dak li Ġesù jibgħatilna”. Jiġifieri li naċċetta r-rieda t’Alla għalija.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: