Il-ġisem ta’ Carlo Acutis għadu bla mittiefes

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 10 ta’ Ottubru, 2020, fil-Bażilika ta’ San Franġisk, f’Assisi ser issir il-Beatifikazzjoni taż-żgħażugħ Carlo Acutis. Waqt li lbieraħ fetħu l-qabar tiegħu biex il-ġisem tiegħu jiġi venerat, sabu li wara 14-il sena, l-ġisem tiegħu għadu bla mittiefes.

Dan iż-żagħżugħ, minn mindu kien tfajjel kien devot kbir tal-Madonna u tal-Ewkaristija. Kellu passjoni kbira lejn il-kompjuter u kien jagħmel ħafna ġid fost sħabu l-istudenti tant li kien juża l-midja soċjali u l-internet biex iwassal messaġġi ta’ ġid. Għalhekk nistgħu ngħidu li huwa kien żagħżugħ għaż-żgħażagħ

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f’ittra li bagħat li żgħażagħ tad-dinja qal hekk: “Carlo hu tifel ta’ żmienna. Tifel ta’ żmien l-internet u mudell ta’ qdusija fiż-żmien diġitali”.

Waqt li kien qed jikkumbatti mal-marda tal-lukimja, Carlo offra t-tbatija tiegħu lil Alla għal Papa u għall-Knisja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/tomb-of-carlo-acutis-is-opened-for-veneration-ahead-of-beatification-29642

Jew: https://en.wikipedia.org/wiki/Carlo_Acutis

%d bloggers like this: