Ġwanni Pawlu II fil-Congo


PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FL-AFRIKA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Brazzaville (Congo), 5 ta’ Mejju 1980

Għeżież ħuti fi Kristu.

“Kantaw lil Alla, fi qlubkom, il-gratitudni tagħkom” (cf. Kol 3,16).

1. Illum huwa l-Isqof ta’ Ruma li jiġi għandkom, is-suċċessur tal-Appostlu Pietru li lilu Ġesù qal: “Wettaq lil ħutek” (Lq 22,32). Jiena niġi mela biex inwettaqkom fil-fidi, fil-karità u fit-tama.

Niġi biex inwettaqkom fil-fidi li intom diġa tippossiedu grazzi għal evanġelizzazzjoni li tat il-frott tagħha. Se nkellimkom dwar din l-evanġelizzazzjoni biex ninkuraġġikom tkompluha.

Niġi biex nistimola l-karità fostkom u lejn kulħadd, “l-imħabba li tagħmel l-għaqda fil-perfezzjoni”. Għalhekk infakkarkom il-kliem tal-Appostlu Pawlu: “Libbsu lilkom infuskom… b’sentimenti ta’ ħniena, tjubija, umiltà, manswetudni, sabar; waqt li tissaportu lil xulxin u taħfru b’mod reċiproku” KCol 3,12-13). Ġesù ma kienx jewwilla qal: “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom…għaliex intom ulied Missirkom” (Mt 5,44- 45)?

Niġi biex insaħħaħ it-tama tagħkom sabiex ebda prova ma twaqqafkom mill-mixja li fiha intom impenjati, linqas mill-għan tal-ħajja tagħkom nisranija: is-salvazzjoni ta’ ruħkom, l-edifikazzjoni tal-Knisja.

 Nagħmel dan kollu waqt li nerġà nasserixxi ir-rabta tal-komunità kattolika tagħkom mal-Knisja universali li hija unika fid-diversità tal-membri tagħha.

2.Imma, qabel kollox, il-Papa ma kienx ikollu l-okkażjoni li jiġi fostkom li kieku ma kienx ippreċedut, eżattament seklu ilu, minn missjunarji qalbiena, li min-naħa tagħhom ma kellhom ebda preokkupazzjoni oħra għajr dik tal-ġid spiritwali tagħkom. Huma waslu fil-pajjiż tagħkom imħeġġa bl-imħabba lejn Kristu u lejkom, biex jipproponulkom il-Vanġelu li min-naħa tagħhom kienu rċivew. Il-fidi kollha, infatti, tiġi minn kristu permezz tal-Appostli: “Kif jistgħu jemmnu, mingħajr ma qatt semgħu min jitkellem? U kif jistgħu jisimgħu min jitkellem, mingħajr wieħed li dan iħabbru?  U kif se jħabbruh, jekk qabel ma jkunux mibgħuta?” (Rm 10,14-15).

Dawk il-missjunarji ntlaqgħu fostkom. Huma kellhom jibdew jgħixu magħkom, bit-talb f’nofskom, waqt li kienu jixhdu mħabbithom – għaliex tali mħabba hija ċ-ċentru tal-messaġġ tagħna – taħt forma ta’ ħbiberija, ta’ ospitalità, ta’ għajnuna reċiproka u wkoll ta’ attenzjoni u ta’ istruzzjoni. Huma xandru l-Vanġelu għaliex kienu jafu l-ġuħ tagħkom tal-kelma ta’ Alla. Uħud minn missirijietkom ingħaqdu mal-fidi u ħejjew ruħhom fit-tul għall-magħmudija. Minn dak il-waqt fil-Congo twieldet il-Knisja. Imma l-preokkupazzjoni tal-missjunarji kienet ukoll dik li jħejju fost ulied dawn in-nazzjonijiet, xi evanġelizzaturi, xi katekisti, u mhux fil-bogħod xi saċerdoti, xi reliġjużi rġiel, xi reliġjużi nisa. Minnkom il-Knisja żviluppar ruħha bil-għaġġla sal-punt li numru kbir tal-kompatrijoti tagħkom daħlu fil-familja tagħha. Bdanakollu aħna ma nistgħux ninsew il-kwantita ta’ sabra, ta’ tbatijiet, ta’ sforzi, ta’ ferħ u ta’ tamiet tal-missjunarji, u l-merti ta’ missirijietkom.

Illum il-Knisja hija mmexxija minn Isqfijiet Kongoliżi li nħatru rgħajja tagħkom permeżż tal-impożizzjoni tal-idejn ta’ dawk ta’ fuqhom. Dan huwa sinjal tal-maturità tal-Knisja tagħkom. Il-komunità tagħkom tat ukoll Kardinal tal-Knisja universali, jiġifieri kollaboratur b’mod iktar speċjali  marbut mal-Papa u mal-Knisja ta’ Ruma, u li aħna lkoll nibku. Il-komunitajiet tagħkom huma msejħa biex jikkonsolidaw ruħhom u biex jikbru. Għixu waqt li tiżżu ħajr!

3. Ejjew nimmeditaw ftit, ħuti, dwar l-evanġelizzazzjoni li hemm bżonn li tkompli. Vanġelu tfisser “aħbar tajba”, Liema aħbar tajba?

Il-Vanġelu ma jwiegħedx rikkezza, linqas kondizzjonijiet ta’ ħajja faċli, u linqas il-ħobż  ta’ kuljum għalkemm jindikalna bħala dmir li naħdmu għalih, bi spirtu ta’ solidarjetà, kuraġġ u sens tal-ġustizzja, mingħajr ma nitraskuraw, fl-istess ħin, li nitolbu lil All ail-ġid meħtieġ u li niżżuh ħajr, lilu li huwa l-Awtur ta’ kull ġid.

Forsi intom allura tidentifikaw il-bxara t-tajba mal-paċi? Fir-realtà, hija ħaġa meraviljuża l-paċi fis-soċjetà, il-paċi fil-familja, il-paċi ta’ ħajja libera u, fuq kollox, il-paċi f’kull qalb, il-paċi ta’ kuxjenza retta li tgħix fis-serenità u fil-fiduċja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin. “Il-paċi ta’ Kristu ssaltan fi qlubkom” jgħid San Pawl (Kol 3,15).

Imma din il-paċi tiġi mill-bxara t-tajba tal-imħabba ta’ Alla li ħabbna l-ewwel u li ħafrilna. “Alla… tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu uniġenitu, sabiex kull min jemmen fih ma jmutx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem… sabiex id-dinja ssalva permezz tiegħu” (Ġw 3,16-17).

Bħal ma osservat l-eżortazzjoni apostolika “Evangelii Nuntiandi” Tal-meqjum predeċessur tiegħi Pawlu VI: “Din l-istqarrija ta’ Alla forsi tippermetti li jintlaħaq minn bosta l-Alla mhux magħruf li huma jaduraw mingħajr ma jtuh isem”. Għalina “il-Ħallieq mhuwiex qawwa mingħajr isem u mbegħda: hija il-Missier.

“Aħna msejħin ulied Alla u hekk aħna realment”! U allura aħna aħwa ta’ xulxin f’Alla” (Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 26).

4. Din il-verità kienet irrivelata minn Alla, f’Ġesù Kristu, dak li miet u rxoxta għalina, “l-Ewwel u l-Aħħar”, “il-Ħaj”, “ix-Xhud fidil u  ġenwin” (Ap 1,17-18; 2,14), li jgħaqqad lid-dixxipli tiegħu f’familja profondament solidali bħall-membri ta’ ġismu, il-Knisja.

Din il-verità hija  kkonfermata minn għoxrin seklu ta’ storja kristjana, Ingħexet monn miljuni ta’ dixxipli ta’ Ġesù Kristu fil-pajjiżi kollha, spiss sal-qdusija, kultant sal-martirju. Ma għamiltux forsi l-esperjenza li din il-verità ddawwal ħajjitkom? Hija iġġibkom taraw is-sinifikat u l-għan. Ittikom iċ-ċertezza li Alla Missier u Ibnu jgħammru fikom. Tassikurakom il-preżenza tal-Ispirtu Santu, id-difensur, dak li jeħliskom minn dnubietkom, minn dak kollu li jġegħlkom tgħaddu mir-riskju, fikom u barra minnkom, li jbegħdukom mill-onestà, mill-purità tal-ħajja, mill-ġustizzja, mill-paċi, mir-rikonċiljazzjoni, mill-kondiviżjoni tal-ġid, mill-imħabba fraternal. Dan ifisser li l-edukazzjoni fil-fidi timpani l-bażijiet morali ta’ ħajja soċjali aħjar, tassew imġedda. U l-insara mibdija bis-sagramenti għandhom il-gost li jingħaqdu f’din id-dinja madwar il-Mulej, biex jieħdu sehem fis-sagtifiċċju tiegħu u fil-festin tiegħu – il-mejda -, fl-istennija tal-ħajja eterna miegħu.

Evanġelizzazzjoni tfisser twassal il-bxara t-tajba fl-ambjenti kollha, tipproponiha għall-aċċettazzjoni b’mezzi paċifiċi u, permezz tal-impatt tagħha, tittrasforma minn ġewwa, tirrendi ġdida l-istess umanità (cf. Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 18).

5. Bla dubju, l-aċċettazzjoni fil-fidi għall-bxara t-tajba tirrikjedi konverżjoni, mhux biss qabel il-magħmudija imma wkoll tul il-ħajja kollha.  L-idoli li hu meħtieġ li rridu nirrinunzjaw jitwieldu b’mod kontinwu – ukoll jekk kultant iġibu isem ġdid – kemm fil-Knejjes qodma tal-Punent kif ukoll f’dawk żgħażagħ tal-Afrika. Hemm ostakli fil-livell tal-ispirtu uman – il-materjaliżmu, ideoloġiku jew prattiku, mhuwiex miż-żgħar – li jistgħu jbegħdu mill-messaġġ tas-salvazzjoni meqjus minnhom bħala inutli u llużorju. Hemm ostakli, jistà jkun ikbar, fil-livell tad-drawwiet personali tagħna jew familjari, tad-drawwiet tas-soċjetà, li għandhom ħabta jirrelegaw il-Vanġelu meqjus bħala ideal wisq diffiċli. Huwa veru li Ġesù qal: “Kunu intom… perfetti bħal ma hu perfett Missirkom ċelesti” (Mt 5,48).

Hemm bżonn mela li niftakru li Alla huwa wkoll Alla tal-ħniena, bħal mal-Knisja hija omm ħanina: minkejja l-karattru midneb, dgħajjef, eżitanti ta’ wliedha, hi tistedinhom għat-tama u tipproponilhom ideal nisrani, qdusija mhux bħala piż x’tissaporti, imma bħala dawl li jiġbed lejh u jġholli l-qlub.  Għalkemm l-evanġelizzazzjoni tagħraf, ‘l hawn u ‘l hinn, stadji progressivi u iebsin – ma tieqaf qatt li ssir nisranija -, il-Knisja taf li ulied dan il-pajjiż għandhom il-ħila  ta’ ħajja nisranija awtentika. Din huma diġa ppruvawha b’mod wiesà u din tgħodd ħafna fuqhom.

6. L-evanġelizzazzjoni tal-kuxjenza personali u kollettiva tal-bnedmin għandha mela tkun segwita skont it-toroq li huma simili fil-Knisja kollha (cf. Ad Gentes, 11-18; Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 21-24; 40-47), imma li tagħhom intom tridu ssibu hawn l-applikazzjoni konkreta, a bażi tal-kultura Afrikana tagħkom u tas-sitwazzjoni attwali tagħkom. Fl-ewwel post tiġi x-xhieda ta’ ħajjitkom ta’ nsara, ix-xhieda tal-familji, tal-adulti u taż-żgħażagħ, tal-perduni kkonsagrati:  il-mod tagħkom ta’ għixien nisrani jistà jqanqal, minnu nfih u fir-rispett sħiħ tal-oħrajn, l-attrattiva tal-Vanġelu. Hija meħtieġa barra minn hekk aħbar esoliċita u preċiża tal-Vanġelu, li titma l-moħħ u l-qalb: hawn hu d-dmir tal-predikazzjoni, tal-liturġija tal-kelma, imma wkoll tal-katekeżi.  Iva, illum għandkom l-bżonnijiet kollha ta’ katekeżi solida li tirrendi iktar profonda il-ħbiberija tagħkom ma’ Ġesù Kristu u tippermettilkom li tagrfu t-tama li hemm fikom. Naf li l-pastorali tagħkom tiddedika bosta enerġiji għall-katekeżi u għall-formazzjoni tal-katekisti. Nifirħilkom. Il-familji, il-parroċċi għandhom jagħtu prijorità lill-tali formazzjoni, mhux biss tat-tfal imma wkoll taż-żgħażagħ, tal-istudenti, tal-miżżewġin future, ukoll fil-kwadru tat-tħejjija għas-sagramenti. Nittama fl-aħħarnett li l-komunitajiet insara tagħkom jagħrfu ż-żelu tat-talb u l-qawwa tal-għaqda fraterna ma’ xulxin.

7. F’dan ix-xogħol hemm post għall-ħaddiema kollha tal-evanġelizzazzjoni. Jiena niżżi ħajr lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, il-lajċi li ġew mill-bogħod, li qegħdin ikomplu jaħdmu hawn, taħt il-gwida tal-Isqfijiet Kongoliżi: mhux huma biss jagħtukom ukoll għajnuna prezzjuża, imma jikkontribwixxu wkoll biex iżommukom magħqudin mal-Knisja universali, u jiena sikur li din l-esperjenza hija benefika għall-Knejjes tagħhom. Dawn is-saċerdoti missjunarji jiffurmaw presbiterju uniku mas-saċerdoti tal-post, li lilhom irrid nesprimi b’mod speċjali mħabbti u l-fiduċja tiegħi. Għeżież ħbieb, il-Mulej sejħiilkom biex inservuh, fil-konsagrazzjoni totali ta’ ħajjitkom li tagħha ċ-ċelibat huwa wieħed mis-sinjali għaliex jirrendikom disponibbli għal kulħadd. Kunu saċerdoti qaddisin, il-gwidi spiritwali kompetenti u mimlijin dedikazzjoni li tagħha tant għandu bżonn il-poplu tagħkom. Din hija grazzja kbira! Jiena nawgura wkoll li l-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi jinbtu numerużi u jitqawwew b’formazzjoni solida. U fl-aħħarnett nawgura li wkoll bosta lajċi nsara jagħtu lill-evanġelizzazzjoni l-għajnuna tagħhom insostitwibbli, bħala katekisti  u f’apostolat minn persuna għal oħra, minn familja għal familja, mill-maġġorenni għal dak iktar żagħżugħ.

8. INaf loi intom tkomplu l-evanġelizzazzjoni f’kondizzjonijiet li mhumiex faċli, spiss b’mezzi foqra. Intom għaddejtu minn provi kbar. Jiena rrid nikkonferma t-tama tagħkom. Afdaw il-bżonnijiet tagħkom fil-Mulej, li huwa fidil, u sostnu lil xulxin. Intom tafu f’min qgħedtu l-fiduċja tagħkom. Ma’ San Pietru ngħidilkom: kunu sodi fil-fidi, intom tafu liħutkom, imxerrdin fid-dinja, qegħdin jaqsmu magħkom l-istess tbatijiet tagħkom (cf. 1Pt 5,9). U iktar: “Kunu kollha fehma waħda, ħossu għal xulxin, inħabbu bħal aħwa b’qalb ħanina u umli” (1Pt 3,8).Il-qawwa ta’ Alla hija fikom, skont il-grad tal-fidi tagħkom u ta’ mħabbitkom, u skont l-għaqda ta bejnietkom. Iva, Jalla l-għaqda tagħkom tkun mingħajr xquq: tkun il-qawwa tagħkom.

9. Hekk intom tkunu wkoll, f’nofs il-kompatrijoti tagħkom li ma jaqsmux l-istess fidi tagħkom,  bennejja tal-paċi, u wkoll il-“melħ” u l-“ħmira” li dwarhom jitkellem Ġesù, għall-ħajja fraterna li għaliha huma jaspiraw.Diġa fehmtkom: l-evanġelizzazzjoni tinħtieġ moralment l-attenzjoni għall-iżvilupp uman u għall-progress soċjali. L-indipendenza u l-unur tan-nazzjon tagħkom huma għal qalbkom ukoll: u intom tixtiequ żieda tal-mezzi tas-sustinenza, ordni soċjali ġusta għal kulħadd, ħajja paċifika. Tridu taqdu lil pajjiżkom. Tridu tieħdu ħsieb il-foqra tagħkom. U tafu li ċiviltà bla ruħ ma tistà qatt iġġib il-kuntentizza. Intom lesti li tiddedikaw għas-servizz ta’ pajjiżkom xogħolkom u l-onestà tagħkom, b’rispett ta’ kulħadd, waqt li twarrbu l-mibegħda, il-vjolenza u l-gideb, Ir-responsabbli tal-ġid komuni ma jistgħux jinjoraw li l-kontribut nisrani tagħkom huwa benefiku għall-pajjiż. Huma jiena m’għandix dubju li huma  se jkomplu jippermettulkom il-libertà reliġjuża ġusta li hija aċċettata, u l-possibiltà li taħdmu, bħala ċittadini tajbin, għat-tkabbir tan-nazzjon. Jalla Alla jbierek il-Congo!

10. Fl-aħħarnett, għeżież ħbieb, jiena naħseb dwar l-inseriment tagħkom fil-Knisja universali. Misteru kbir u sabiħ. Is-siġra tal-Knisja, mħawla minn Ġesù fl-Art Imqaddsa, ma waqfitx tiżviluppa ruħha. Il-pajjiżi kollha tal-antik imperu Ruman ilkoll sabu ruħhom hemm. L-istess art twelidi Pollakka kellha l-epoka tagħha ta’ evanġelizzazzjoni, u l-Knisja tal-Polonja sabet ruħha fis-siġra tal-Knisja biex tkun tistà tipproduċi frott ġdid. U issa l-komunità tagħkom ta’ kredenti Kongoliżi min-naħa tagħha sabet ukoll ruħha mdaħħla fis-siġra tal-Knisja.  It-tilqima tgħix mil-linfa li tiċċirkola fis-siġra u tistà tkompli tgħix biss jekk hija tkun magħquda magħha. Imma, hekk kif tintrabat, hija ġġib lis-siġra l-patrimonju tagħha u allura tipproduċi frott li huwa tagħha. Dan mhux għajr paragon. Il-Knisja tgħajjex f’ħajjitha l-popli l-ġodda li resqu lejha. Ebda komunità ġdida imdaħħla fis-siġra tal-Knisja ma tistà tgħix il-ħajja propja b’mod indipendenti. Hija tgħix biss billi tipparteċipa fil-kurrent kbir vitali li jgħajjex lis-siġra kollha. Moinnha l-Knisja tirċievi teżori ġodda ta’ vitalità u hekk tistà timmanifesta fid-dinja varjetà ikbar ta’ frott. Dawn huma l-voti tiegħi għall-Knisja li hija fil-Congo. Jalla ssaħħaħ l-attakkament tagHha mal-Knisja universali u mas-suċċessur ta’ Pietru, li huwa l-bidu u s-sies tal-għaqda ta’ kulħadd! Jalla jikbru l-vitalitajiet propji tagħha, l-unità tagħha u l-qdusija tagħha! U jalla twassal li tagħmel li l-Knisja tibbenefika! Man-nifs tal-Ispirtu Santu! Ma’ Marija, il-Kewkba tal-evanġelizzazzjoni! Amen! Alleluia!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb