Ġwanni Pawlu II fiż-Zaire

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FL-AFRIKA 

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Kisangani (Zaire), 6 ta’ Mejju 1980

Għeżież ħuti, għeżież uliedi tal-Knisja.

1.Il-laqgħa ċkejkna tal-bieraħ filgħaxija fil-pjazza ta’ dan il-katidral wrietni bil-quddiem li kontu se tieħdu sehem f’numru kbir għall-ewkaristija ta’ dalgħodu. Grazzi mill-qalb! Grazzi lilkom, grazzi lil dawk kollha li talbukom biex tirrapreżentawhom għaaliex id-distanza jew il-mard ma ppermettewlhomx li jkunu preżenti. Nitlob għalihom u nberikhom. In-numru kbir tagħkom iferraħ lill-Mulej u lili jimlieni bil-ferħ. Waqt li nħares lejkom naħseb fl-Apokalissi ta’ San Ġwann li naqraw fil-Ħdud tal-Għid. In-nazzjonijiet kollha, ir-razez kollha, l-ilsna kollha jieħdu posthom fil-korteo interminabbli ta’ dawk li huma immarkati fuq moħħhom bil-marka ta’ Alla. Aħsbu għall-magħmudija tagħkom u għall-griżma tal-Isqof tagħkom. Insara ta’ Kisangani u ta’ dan ir-reġġjun rurali kbir, intom tagħmlu parti minn minn dik il-folla mmensa li San Ġwann ma rnexxilux jgħodd. Into mil-Poplu ta’ Alla, li llum jimxi fuq l-art tal-Afrika u tgħixu l-appartenenza tagħkom għall-Mulej permezz tar-realtajiet tad-dinja rurali. Jiena rrid nimmedita magħkom dwar dawn iż-żewġ aspetti tal-eżistenza konkreta tagħkom, u fl-aħħar ngħinkom biex tikkuntemplaw lil dik li l-Konċilju Vatikan II b’mod hekk feliċi ppreżenta bħala Om mil-Knisja u li dalgħodu aħna nitolbu taħt l-isem ta’ Sidtna tar-Rużarju.

2. Bħalma l-ewwel komunitajiet insara ta’ Ġerusalem, ta’ Antijokja, ta’ Korintu, ta’ Ruma twieldu mill-predikazzjoni tal-bxara t-tajba, li essenzjalment hija l-misteru ta’ Kristu. hekk il-postijiet tagħkom ta’ “missjoni” u l-parroċċi tagħkom nibtu, mitt sena ilu, mit-taħbira tal-Vanġelu lil missirijietkom fil-fidi. Din kienet fil-bidu l-opra ta’ missjunarji li ġew mill-bogħod, imħeġġa bl-imħabba lejn Kristu u lejkom. Huma kienu jipproponu l-messaġġ li huma stess kienu rċivew, għaliex ħadd ma jiskoprih waħdu: huwa jirċevih mill-Knisja. L-insara ta’ dan ir-reġġjun issa saru l-poplu kollu, b’rgħajja magħżulin minn fost l-ulied ta’ dan il-pajjiż. U lkoll flimkien, Isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u fidili, into mil-Knisja, intom tagħmlu parti minn da l-Poplu ta’ Alla mmens imwieled nhar Pentekoste u ddestinat li jagħraf il-milja milmuħha minn San Ġwann. Hawn fuq l-art huwa jesperjenza provi, kultant umiljazzjonijiet u persekuzzjonijiet. Huwa jinkludi xi martri, xi qaddisin, bħal kompajżani tagħkom li ppreferew jissagrifikaw ħajjithom milli jonqsu millfedeltà tal-magħmudija tagħhom, bħal sor Anwarita li l-Knisja qiegħda tipproponi li tibbejatifikaha. Forsi ċerti għandhom wisq tendenza li jirriduċu l-Knisja unikament għal dak li huwa viżibbli jew inkella għal dawk responsabbli, għall-istituzzjonijiet tagħha, għall-organizzazzjoni tagħha. Fir-realtà, bħal ma reċentement qal sewwa l-Konċilju, il-Knisja-Poplu ta’ Alla hija misteru  .

3.Xinhu mela dan il-misteru? Esprssjoni tassew qawwija tal-Appostlu Pawlu lill-insara ta’ Korintu tgħinna biex nifhmuh: “Into mil-ġisem ta’ Kristu, u kull wiwħed minnkom biċċa minnu” (1Kor 12,27).Jew iktar, “Kristu huwa r-ras tal-ġisem li huwa l-Knisja” (Kol 1,18).Aħna magħqudin u ntegrati b’mod misterjuż mal-ħajja ta’ Kristu rxuxtat, igglorifikat fil-lemin ta’ Alla, bħal ma l-membri huma fir-ras. Il-Knisja hija Kristu ħaj illum fil-kontinenti kollha, f’dawk kollha li kkonvertew u li jikkonvertu bla ma jaqtgħu għalih, sa tali punt li ħajjithom ma hijiex iktar biss tagħhom, imma dik ta’ Kristu fihom. Intom tirċievu l- ġisem ewkaristiku ta’ Kristu biex issiru iktar il-membri ta’ Gismu.

4. Insara tar-reġġjun ta’ Kisangani, għandkom din il-viżjoni misterjuża u dinamika tal-Knisja? Tar-rabta vitali ma’ Kristu, u mal-membri l-oħra ta’ Kristu? Dan jeħtieġ jivverifika ruħu fl-istil taċ-ċelebrazzjonijiet tagħkom ewkaristiċi tal-Ħadd, li intom tridu denji, festużi u oranti.

Dan jeħtieġ jivverifika ruħu wkoll fl-imġibiet tagħkom ta’ kuljum, fil-familja, fil-kwartieri, fl-irħula. Biex verament twettqu din il-Knisja, din il-familja nisranija marbuta ma’ Kristu, huwa tajjeb li jkollkom u intom diġa dan tagħmluh, laqgħat oħra ta’ talb, ta’ riflessjoni, ta’ komunjoni, ta’ għajnuna reċiproka, biex tkunu dixxipli aħjar ta’ Kristu u tgħixu l-fraternità tiegħu fl-ambjenti ta’ ħajjitkom u ta’ xogħolkom.

5. Preċiżament, into mil-Knisja, il-Kristu li jgħix fid-dinja rurali. Dan il-kwadru soċjali jiddistingwikom u intom għandkom il-missjoni li tirrenduh iktar dehen ta’ Alla u allura iktar uman. U hemm intom għandkom tħossukom partikolarment qrib ta’ Kristu. Għal Ġesù, infatti, ħajtu  terrena seħħet fuq kollox f’ċiviltà essenzjalment agrikola. Huwa qattà tletin sena f’wieħed mill-iżgħar irħula tal-Palestina, Nażaret. U tul il-ħajja pubblika tiegħu. Żar irħula numerużi ta’ bdiewa u ta’ sajjieda żgħar. Huwa osserva fit-tul u ħabb lin-natura, Il-fjuri u s-siġar, l-istaġuni, ix-xogħol tar-rabà, dawk tal ħaddiem, tal-ħassad, ta’ sid l-għalqa tad-dwieli, tar-ragħaj, tal-mara li tmur timla l-ilma, li taħdem il-għaġna, li tipprepara l-pranzu. Sar jaf id-drawwiet lokali li jiddeterminaw il-ħajja. Qasam il-ġrajjiet tar-raħal, l-ospitalità offruta lill-ħbieb,, it-tieġ, il-luttu. Tnikker ħdejn it-tfal li kienu jilagħbu, ħdhejn il-morda li kienu qegħdin ibatu. Dan aħna nafuh għaliex huwa utilizza b’mod l-iktar tal-għaġeb dawn l-osservazzjonijiet kollha biex ifiehem lil dawk li kienu jisimgħuh il-misteri tas-saltna ta’ Alla li huwa kien ġie biex jirrivela sal-punt li l-Vanġelu huwa għalikom , abitanti tad-dinja rurali, ktieb tal-lingwaġġ ħelu li tassew jinfiehem bosta minnkom.

6. Imma hemm xi ħaġa oħra li hija ferm iktar profonda minn din il-viċinanza simpatika ma’ Ġesù ta’ Nażaret. Din hija li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla. “inkarnat”, li ġie fil-laħam biex jgħix ir-realtajiet konkreti tal-eżistenza tagħna, fl-istess ħin ala bniedem u bħala l-Iben ta’ Alla. Dan huwa misteru li qatt ma nstemà bħalu! Intom tieħdu sehem fid-dinjità li huwa jagħti lil ħajjitkom ta’ ħaddiema umli, ladarba  huwa stess għixha ġo Nażaret, fil-Palestina! Għixha taħt il-ħarsa ta’ Alla Missieru, marbut b’mod intimu miegħu, fl-azzjoni tal-grazzja. Huwa offra lil Alla kull gost u kull piena. Għixha b’sempliċità, purezza tal-qalb, b’kuraġġ, bħala qaddej, bħala ħabib li kien jersaq lejn il-morda, il-batuti, il-foqra ta’ kull xorta, b’imħabba li ħadd ma jissuperaha u li tagħha hu ta xhieda: ħobbu bħal ma ħabbejtkom jien. Din hija ħajja li, permezz tal-prova tas-sagrifiċċju tiegħu, offrut biex jeħles lid-dinja minn dnubietha issa tinsab gglorifikata maġemb Alla.

Jiena nistedinkom ugwalment, għeżież ħbieb, biex tintebħu bid-dinjità ta’ ħajjitkom, li ġiet imqaddsa minn Kristu u mifdiha minnu fil-misteru tal-inkarnazzjoni u tar-redenzjoni u biex tagħmlu, itom ukoll, offertà xuerqa lil Alla, billi ttuha t-timbru tat-talb u tal-imħabba. Din il-prospettiva tittrasforma diġa minn ġewwa ħajjitkom u twassalkom biex tieħdu sehem fil-qdusija ta’ Kristu.

7. U naħseb li hi tistà wkoll tistimolakom biex  tibdlu l-kondizzjonijiet ta’ ħajjtkom rurali bil-qies li bih huma jiddeterjoraw bin-negliġenza jew bid-dnub u jimpedixxu lill-bnedmin milli jgħixu fid-dinjità, it-tama u l-paċi. Għaliex is-saltna tas-smewwiet li aħna qegħdin inħejju għandha diġa ssib xi bidu f’din il-ħajja terrena. Dan il-progress għandu bosta mportanza għas-saltna ta’ Alla  (cf. Gaudium et Spes, 39).

Iva, u intom tagħrfu d-dinjità ta’ ħajjitkom u ta’ xogħolkom, bl-imħabba ġeneruża tan-nisrani, intom tfittxu li tirrenduhom iktar denji għalikom u għall-oħrajn. Intom ma taċċettawx li l-bdiewa jkunu meqjusa bħal rġiel u nisa tat-tieni  kategorija. La tirrassenjawx ruħkom li wħud jitgħaffġu mill-miżerja, jew ikunu vittmi tal-inġustizzja. Ma tkunx ħaġa ġusta linqas konformi mal-Vanġelu ta’ Kristu li dawk l-iktar b’saħħithom jew dawk l-iktar iffortunati jisfruttaw lill-oħrajn: San Ġakbu kien diġa akkuża pubblikament dan il-ħażen (cf. Ġk 4,13 – 5,6). Intom tagħtu daqqa t’id biex tiffaċċjaw id-diffikultajiet. Intom tirriflettu flimkien u ssibu azzjonijiet komuni, jistà jkun modesti, – għaliex intom weħedkom m’għandkomx il-mezzi biex taġixxu b’mod effikaċi – imma realisti. Intom li b’mod ġust marbutin mal-artijiet tagħkom, se tikkontribwixxu biex twaqqfu l-esodu rurali, hekk preġudizzevoli għall-ħajja rurali u għan-nazzjon kollu kemm hu. Pajjiżkom għanduj jiddedika ruħu biex jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu alimentary, il-prodotti agrikoli; il-prodotti agrikoli huma iktar meħtieġa minn ċerti prodotti ta’ lussu. L-iżvilupp industrijali tal-pajjiżi Afrikani jinħtieg l-iżvilupp agrikolu; huwa jsib postu qablu.  Il-ħajja ta’ wliedkom tiddependi fuqu.

8. Bla dubju, il-Knejjes insara m’għandhomx x’jipproponu linqas m’għandhom huma stess iwettqu xi soluzzjonijiet tekniċi għall-immaniġġjar tad-dinja rurali. Iżda huma huma għassiesa tas-sens evanġeliku li għandu jingħata  għall-ħajja tal-bnedmin u tas-soċjetajiet. U l-insara ffurmati minnhom, se jġibu għal dawn is-soluzzjonijiet umani dimensjoni li se ddawwal l-għażla tal-oġġettivi u tal-metodi. Huma se jkunu per eżempjupremurużi tar-riepett talpersuni. Se jieħdu ħsieb taż-żgħar u tad-dgħajfa.

L-onestà tagħhom ma tittollerax il-korruzjoni. Se jfittxu strutturi iktar ġusti fit-taqsim tal-art. Se jivvalorizzaw l-għajnuna reċiptoka, is-solidarjetà. Iridu jikkonservaw lill-komunità tagħhom wiċċ fratern. Huma se jkunu bennejja tal-paċi, Se jqisu lilhom infushom bħala operaturi tal-ħolqien ta’ Alla, li qatt ma jistà jaħli u linqas jeqred kif ifettillu, għaliex hija afdata lill-bnedmin għall-ġid ta’ kulħadd. Se jevitaw li jasserixxi ruħu materjaliżmu li jkun fil-fatt skjavitù. Fil-qosor huma jridu jaħdmu, minn issa, għal dinja iktar denja tal-Iben ta’ Alla. Dan huwa l-irwol li l-Knisja tagħraf lil-lajċi nsara, mgħejjuna mir-rgħajja tagħhom. Iva, hawn tinsab xhieda tal-Knisja.

9. Għeżież ħuti, biex nilħqu dan b’mod tassew nisrani, hemm bżonn qabel xejn li intom tkunu animati minn ġewwa mill-Ispirtu ta’ Alla. U għal dan jiena rrid li intom idduru mill-ġdid għal darb’oħra iktar lejn il-Verġni Marija, ommkom, Om mil-Knisja.

Aħna se niċċelebraw il-Quddiesa ta’ Sidtna tar-Rużarju, quddiem dan il-katidral li huwa ddedikat lilha. Dan huwa għalija ferħ kbir ħafna. Min, aħjar minn Marija, għex ħajja, estremament sempliċi, waqt li qaddsutha? Min aħjar minn Marija, akkumpanja lil Ġesù f’ħajtu kollħa, ferrieħa, sofferenti u glorjuża, daħlet fl-intimità tas-sentimenti filjali tiegħu għall-Missier, fraterni għall-oħrajn? Min aħjar minn Marija, issa assoċjata għall-glorja ta’ Binha, jistà jintervieni favur tagħna?

Hija issa tistà takkumpanja ħajjitkom. Aħna nafdawlha din il-ħajja. U l-Knisja tipproponilna ġustament għal dan talba, ferm sempliċi, ir-rużarju, il-kuruna, li tistà  tiddaħħal fir-ritmi tal-ġurnata tagħna. Ir-rużarju migħud bil-mod u mmeditat fil-familja, fil-komunità, personalment, idaħħalkom naqra naqra fis-sentimenti ta’ Kristu u ta’ ommu, waqt li jfakkar l-ġrajjiet kollha li huma l-imfietaħ tas-salvazzjoni tagħna. Fuq il-mewġ tal-“Ave Marija”, intom tikkuntemplaw il-misteru tal-Inkarnazzjoni ta’ Kristu, li dwarha tkellimna, ir-redenzjoni ta’ Kristu u wkoll il-għan len liema aħna qegħdin naħdmu fid-dawl u l-mistrieħ ta’ Alla. Ma’ Marija intom tiftħu ruħkom għall-Ispirtu Santu, sabiex hu jispira d-dmirijiet il-kbar kollha li hemm jistennewkom. Magħha, l-ommijiet iwettqu l-irwol tagħhom ta’ portaturi tal-ħajja, ta’ għassiesa u ta’ edukaturi tal-fikolari domestiku.

Jalla Marija tkun il-gwida tagħkom u s-sosten tagħkomo. Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb

%d