Malawi: 3 knejjes attakkati f’xahrejn.

Print Friendly, PDF & Email

Il-mexxejja tal-Knisja fil-Malawi talbu lil awtoritajiet ċivili biex iżiedu aktar miżuri ta’ sigurta fuq l-insara u l-Knejjes Kattoliċi, li f’dawn l-aħħar xhur żdiedu l-attakki fuqhom minn diversi kriminali.

L-appell ġie wara li l-ġimgħa l-oħra sar attakk minn grupp armat ta’ ħallelin li desagraw il-knisja parrokkjali ta’ Nsanama, fid-distrett ta’ Machinga, fid-Djoċesi ta’ Mongochi, fil-Malawi. Dan hu t-tielet attakk fuq knejjes parrokkjali w istitutzjonijiet fiż-żmien xahrejn.

Djaknu attakkat waqt li qed jagħmel omelija fil-quddiesa

Fis-7 ta’ Ottubru, l-Kappillan ta’ Nsanama, Fr Matthew Likambale, irrapporta li qabel ma daħlu fil-bini l-ħallelin l-ewwel attakkaw lil uffiċċjal tas-sigurtà b’ħadida u rabtuh. Imbagħad dawn armati daħlu fil-Kunvent tas-Sorijiet u serqu s-Sagrament kif ukoll għamlu pressjoni fuq is-sorijiet biex jgħidulhom fejn huma l-affarijiet tal-Kappillan.

“Nixtieq ngħidilkom, li kelna lejl tal-biża wara li l-ħallelin attakkaw il-kunvent. Kienu qed iffittxu lili. Ippressaw lis-sorijiet biex jgħidu fejn kont, imma huma baqgħu jgħidu li jien ma kontx il-kunvent”. Hekk stqar il-Kappillan, Fr Likambele.

Dak in-nhar serqu flus, laptop, mobile phones u l-Ewkaristija.

Wara li sema’ bl-aħbar, l-Isqof Montfort Stima talab lill-gvern biex jagħmel milli jista’ biex jipproteġi liċ-ċittadini ta’ Malawi, nkluż lil Knejjes Kattoliċi. L-Isqof qal: “Jien nifhem, li l-gvern u l-puluzija ma jistgħux jipproteġu kull dar”.

F’Settembru li għadda, kemm il-Knisja parrokkjali ta’ San Patrizju, fl-Arċidjoċesi ta’ Lilongwe, kif ukoll il-parroċċa ta’ Kankoa, fid-djoċesi ta’ Mangochi ġew attakkati minn briganti armati.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-10/church-malawi-descrated-attack-nsanama-mangochi.html

%d bloggers like this: