3 Virtujiet li nitgħallmu mit-talba tar-Rużarju


Illum, 13 ta’ Ottubru, hija l-aħħar dehra tal-Madonna lit-tlett itfal ta’ Fatima. Il-Madonna titlobna biex ngħidu it-talba tar-Rużarju Mqaddes. Din it-talba tista’ tgħallimna l-virtujiet tal-ubbidjenza, umiltà u d-distakk mill-affarijiet tad-dinja.

Filwaqt li meta qed nitolbu t-talba tar-Rużarju qed nersqu iktar qrib t’Alla, dan jista’ jgħallimna virtujiet li aħna nistgħu ngħixu. Din it-talba sabiħa ta’ Marija twassal lil bniedem biex jgħaraf aħjar il-ħajja ta’ Ġesù, kif ukoll biex jimxi fuq il-passi tiegħu u jippratika l-virtujiet li Ġesù ħaddan f’ħajtu.

L-Umiltà

Fit-talba tar-Rużarju Mqaddes, l-umiltà nsibuha f’kull posta. Fl-inkarnazzjoni, naraw il-profondità tal-misteru tal-umiltà. Fil-misteri kollha ta’ Tbatija mill-ġnien taż-Żebbuġ sal-Golgota naraw att ta’ umiltà kbira ta’ Ġesù. Anke fil-misteri tal-Glorja, nimmeditaw l-umiltà ta’ Marija, dik li stqarret li hi l-qaddejja tal-Mulej, issa kisbet il-Glorja tal-Ġenna.

L-Ubbidjenza

Virtù li xi kultant insibuh diffiċli li ngħixuh hu l-ubbidjenza, u dan ukoll jidher fil-posti kollha tar-Rużarju. L-ubbidjenza tmur ħafna mal-umiltà. U fejn naraw il-virtù tal-umiltà, naraw ukoll l-ubbidjenza magħquda magħha. Marija li tobdi u tagħmel dak li talab minnha l-Mulej. B’umilta’ kollha Kristu obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib, kif jgħallimna San Pawl. Ġesù fil-ħajja pubblika tiegħu fittex li b’umiltà kbira jagħmel ir-rieda tal-Missier.

Id-Distakk mill-ħwejjeġ tad-dinja

Id-distakk mill-affartijiet tad-dinja hu virtù ieħor li nimmeditawh f’kull posta tar-Rużarju Mqaddes. “Ħenjin il-fqar fl-ispirtu”, hi waħda mill-beatitudnijiet li Ġesù għallem. Imma qabel ma Ġesù għallem bil-kelma, Hu għallimhom u wettaqhom bl-eżempji fil-ħajja tiegħu. Marija, ommu, kienet xebba sempliċi minn Nazaret, l-istalla fejn twieled, il-missier putativ tiegħu kien ħaddiem bieżel, għex fil-faqar, id-dixxipli li hu għażel kienu nies tal-poplu, Ġesù għeri fuq is-salib, id-difna li saret f’qabar misluf, dawn kollha juru kif Ġesù ddistakka lilu nnifsu mill-ħwejjeġ ta’ din id-dinja.

Ejjew mela meta nitolbu t-Talba tar-Rużarju niriflettu fuq dawn it-tlett virtujiet u nippruvaw ngħixuhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://aleteia.org/2020/10/08/3-virtues-we-can-learn-from-praying-the-rosary/