Il-Papa Franġisku jistieden lit-tfal tad-dinja kollha biex jitolbu t-talba tar-Rużarju għat-tmiem tal-pandemija
Il-Ħadd li għadda, waqt it-talba tal-Anġelus, il-Papa stieden li tfal kollha biex jieħdu sehem flimkien f’din l-inizjattiva speċjali. Nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Ottubru, l-Fondazzjoni ‘the Aid to the Church in Need’ ser torganizza inizjattiva għall-għaqda u l-paċi, fejn miljun ruħ jitolbu t-talba tar-Rużarju Mqaddes. Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ u nkoraġġixxi tfal subien u bniet mid-dinja kollha biex jitolbu b’mod speċjali għas-sitwazzjoni kritika li ħolqot il-pandemija. “Imaġinaw x’jiġri jekk miljun tifel u tifla jitolbu l-istess ħaġa fl-istess ħin. Aħna rridu l-paċi!”
Din l-inizjattiva bdiet f’Caracas fis-sena 2005, fejn minn organizza riedu jimxu fuq il-parir ta’ Padre Pio. Hu kien jgħid: “Meta miljun tfal jitolbu rużarju, dawn jibdlu d-dinja”.
Eluf ta’ tfal diġa daħlu fuq is-sit uffiċjali: millionkidspraying.org biex jieħdu sehem fit-talba tar-Rużarju. Kif turi l-mappa li hemm fil-video, il-parteċipanti ġejjin minn firxa wiesgħa tal-kontinenti kollha.
Nhar il-Ħadd, it-tfal kollha jistgħu jinġabru mill-parroċċi jew mid-djar tagħhom u flimkien jgħidu t-talba sabiħa tal-Madonna.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: