Aktar dwar il-ħatra tal-Isqof Mario bħala kardinal

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Mario Grech ser ikun wieħed minn dawk il-Kardinal li jieħdu sehem fil-konlavi

Kif diġà rrapurtajna aktar kmieni llum, il-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-Angelus ħabbar il-lista tat-13-il kardinal il-ġdid, fosthom Mons. Mario Grech, Isqof Emeritu tad-Djoċesi ta’ Għawdex, li bħalissa hu s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Fit-28 ta’ Novembru dawn il-kardinali ġodda ser jingħaqdu mal-kulleġġ tal-Kardinali, li 9 minnhom, fosthom Mons. Mario Grech ser ikollhom id-dritt li jidħlu għall-Konklavi.

Tnejn minn dawn il-Kardinali jaħdmu fil-Kurja Rumana, fejn l-Isqof Malti jagħti s-sehem tiegħu; sitt Isqfijiet li huma Rgħajja tal-komunitajiet tagħhom, kif ukoll l-Papa ser jaħtar il-Gwardjan attwali tas-Sacro Convento Franġiskan ta’ Assisi. Erba’ mit-tlettax il-Kardinal huma l-fuq minn tmenin sena.

Il-Kardinali jilbsu l-kulur l-aħma li jindika r-rieda tagħhom li jissagrifikaw lilhom infushom. Il-motto tal-Kardinali hu: Usque ad sanguinis effusionem, li jfisser: sal-punt li jxerrdu demmhom stess, fis-servizz tas-suċċessur ta’ Pietru, u anke jekk joqgħodu fl-aktar pajjiżi remoti tad-dinja, jsiru t-titulari ta’ Parroċċa fil-Belt eterna sabiex ikunu nkardinati fil-Knisja li tiegħu l-Papa huwa Isqof. Hu mill-Kulleġġ tal-Kardinali li jintgħażel is-suċċessur ta’ Pietru.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-10/pope-consistory-creation-13-new-cardinals-thirteen.html

L-Isqof Anton Teuma dwar il-ħatra tal-Isqof Mario Grech bħala kardinal …

Ara d-diskors, omeliji u messaġġi tal-Isqof Mario Grech …

%d