Il-Papa jikkundanna l-att fuq studenti fil-Kamerun.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-att krudili w insensittiv li sar fuq studenti fil-Kamerun.

“Ningħaqad mad-dulur li qed isofru l-familji tal-istudenti żgħażagħ li ġew maqtula f’Kumba, fil-Kamerun”, hekk beda l-appell tal-Papa Franġisku fit-tmiem l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ l-Erbgħa. Il-Qdusija tiegħu esprima “perplessità gravi f’att tant krudili u bla sens li ħasad il-ħajjiet ta’ tant innoċenti waqt li kienu qed isegwu l-lezzjoni fl-iskola”. “Alla jdawwal il-qlub sabiex ġesti bħal dawn ma jibqgħux isiru u sabiex dawk il-pajjiżi tturmentati finalment isibu l-paċi”.

“Nittama li l-armi jisktu w li sigurtà ta kulħadd tkun garantita, kif ukoll id-dritt taż-żgħażagħ għall-edukazjoni u għall-futur”, dan kien l-appell finali tal-Papa Franġisku.

Il-Papa Franġisku għamel dan l-appell wara li nhar is-Sibt li għadda grupp ta’ rġiel armati daħlu fil-klassijiet tal-iskola primarja ta’ Madre Franġiska, fil-belt ta’ Kumba, fil-Kamerun. F’dan l-attakk, ġew maqtula tmint itfal u tnax oħra feruti.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/28/papa-francesco-atto-crudele-e-insensato-uccisione-studenti-in-camerun-tacciano-le-armi/

%d bloggers like this: