Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta


Fra Marco Luzzago huwa l-Gran Mastru tal-Ordni Sovran ta’ Malta.

Fra Marco Luzzago huwa l-Gran Mastru l-ġdid tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalem, Rodi u Malta (S.M.O.M.). Huwa ġie ellet b’maġġoranza kbira mill-Kunsill Komplet tal-Istat, l-organizzazzjoni elettiva, li ltagħqet fis-7 u fit-8 ta’ Novembru f’Ruma, fil-Villa Maġistrali, wieħed miż-żewġ uffiċċji istituzzjonali tal-Ordni ta’ Malta.

Kien hemm 44 parteċipant fil-Kunsill, mis-56 intitolati għall-vot, li jirrapreżentaw l-Ordni, li ġew mill-Arġentina, Peru, Stati Uniti, Libanu, Franza, Svezja, Awstrija, Ġermanja, Spanja, Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja, Svizzera, Italja, kif ukoll minn Malta. Il-Gran Mastru l-ġdid ħa l-ġurament il-Ħadd 8 ta’ Novembru, quddiem il-membru tal-Kunsill Komplut tal-Istat u d-Delegat Speċjali tal-Papa, l-kardinal elett Silvano Maria Tomasi.

Fra Marco Luzzago huwa l-Gran Mastru l-ġdid

Fra Marco Luzzago ser jieħu post Fra Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto, Prinċep u t-80 Gran Mastru, li miet fid-29 ta’ April li għadda. Il-Papa Franġisku ġie nfurmat permezz t’ ittra. Imbagħad ġew magħrfa l-Prijoritajiet il-Kbar u is-Sub Prijoritajiet u l-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali kollha tal-Ordni ta’ Malta li huma mxerdin fid-dinja, flimkien mal-110 stati li magħhom l-Ordni Sovran ta’ Malta jżomm relazzjonijiet diplomatiċi.

Il-Gran Mastru l-ġdid – li ser jibqa’ fil-kariga għal sena – ndirizza lill-membri tal-Kunsil Komplut tal-Istat u afferma mill-ġdid “l-impenn massimu biex niffaċċjaw l-isfidi li jistennewna fix-xhur li ġejjin. L-ewwel ħaġa, r-riforma tal-Karta u l-Kodiċi tal-Kostituzzjoni tal-Ordni”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/9/sovrano-ordine-di-malta-fra-marco-luzzago-nuovo-luogotenente-di-gran-maestro/