QUDDIESA B’SUFRAĠJU TAL-KARDINAL SERGIO PIGNEDOLI. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. San Pietro, 26 ta’ Ġunju 1980.
Meqjumin ħuti tas-Sagru Kulleġġ u intom ilkoll, għeżież uliedi li qegħdin tisimgħuni!
Ridt din il-konċelebrazzjoni flimkien hawn ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru biex infakkru u nissufragaw, għaxart ijiem mit-telfa immatura u mhux mistennija ta’ ħuna, il-Kardinal Sergio Pignedoli. Huwa rtira minn magħna fis-skiet, kważi fuq ponot subgħajh, b’mod li jaqbel mal-istil delikat u diskret tiegħu, waqt li ħalla fina lkoll mewġa ta’ dispjaċir kommoss u sinċier.
1.Għaliex il-Mulej ħadulna hekk għall-għarrieda? U għaliex baqgħet fina din l-impressjoni ta’ meravilja doloruża? Miniex se nissogra nwieġeb għall-ewwel minn dawn iż-żewġ domandi għaliex hija tistà twassal biex nittanta naqra – u jkun tentattiv infruttuż – fil-misterjuż, imma dejjem pjanijiet ħanina u prudenti tal-Mulej, li fih nemmnu fermament bħala s-sid u l-arbitru tal-ħajja umana għal kull wieħed mill-jiem, ħafna jew ftit, li tana ngħixu fuq din l-art. “Huwa int, o Mulej – nirrepeti mal-awtur tal-ktieb tal-Għerf- li għandek is-setgħa fuq il-ħajja u fuq il-mewt, mexxina ‘l isfel lejn il-bibien tal-infern u erġà tellagħna” (Għerf 16,13; cf.1Sam 2,6).
2. Għat-tieni domanda, iżda, li hija ta’ tip storiku jew antropoloġiku, huwa possibbli u wkoll faċi li ssib tweġiba, billi nfakkru alavolja b’mod mgħaġġel il-persuna u, ikolli ngħid, il-fatturi ta’ dak li ħalliena. Huwa fatt li, kull darba li jmut bniedem li ħadem tajjeb tul il-kors tal-eżistenza tiegħu, huwa naturali u magħruf is-sentiment ta’ dispjaċir ħaj.
Dan kollu dlonk seħħ minnufih fil-bidu tal-ġimgħa l-oħra meta waslet minn Reggio Emilia l-aħbar li kien miet il-Kardinali Pignedoli. Dan kollu jkompli, b’mod ta’ sensazzjoni preċiża komuni għalina lkoll, ukoll illejla, għaliex quddiem moħħna, jew aħjar, ġo qalbna, tidher ix-xbiha tal-maħbub ħuna. Nistgħu verament ninsew il-ħeġġa umana, jiġifieri is-sensibiltà għanja, il-ħila straordinarja tar-rapport u l-attenzjoni partikolari li huwa dejjem irrivela fil-konfront tal-bnedmin l-oħra, fil-multipliċità tal-kuntatti u tal-laqgħat, li huwa kellu, u fl-istess varjetà tal-inkarigi afdati lilu? Iktar milli nsemmu l-għadd ta’ responsabiltajiet krexxenti – mis-snin taż-żgħożija tas-saċerdozju tiegħu, mgħoddija mal-istudenti tal-Università Kattolika tal-Qalb ta’ Ġesù, sas-snin tal-maturità mgħoddija bħala segretarju tas-sagra kongregazzjoni għall-evanġelizzazzjoni tal-popli, u għall-perijodu riċenti li fih kien president tas-segretarjat għan-non-kristjani – ikun ġust u opportun li nenfasizzaw din il-kwalità tiegħu, li kienet naturali fih u fl-istess ħin miksuba, jiġifieri mhux biss kienet talent tal-personalità tiegħu,. Imma wkoll frott matur tal-virtù tiegħu saċerdotali. Minnha nibtu karatteristiċi oħra tiegħu, li jien se nillimita li nsemmi: fuq kollox, l-attenzjoni, anzi l-kult tal-ħbiberija, li r-raġġ tagħha fih kien tassew estensiv: l-interess kostanti għaż-żgħażagħ, li hu kien jaf f’numru kbir u segwa u għen b’mod differenti.
Tenaċi kienu lejhom l-interessi tiegħu, bħal ma spissi u apprezzati kienu l-pariri tiegħu.
3. Imma issa huwa ħin li nwasslu d-diskors tal-evokazzjoni affezzjonanti ta’ ħuna li ħalliena lejn atmosfera iktar elevata, li fiha tridna u teħodna l-kelma ta’ Alla, li għadna kemm stqarrejna. Hekk hu, ħuti u wliedi għeżiież, qiegħda tidwi f’widnejna t-twissija għolja evanġelika tal-“estote parati” (Lq 12,40): il-Mulej kellimna dwar għassa, dwar prontezza u dwar tħejjija – “bit-terħa ma’ qaddkom u bl-imsiebaħ mixgħula” – nistennew il-miġja tiegħu.
Din hija, lezzjoni ta’ validità permanenti, għaliex terġà torbot mal-ftit li xejn tal-għixien tagħna fuq din l-art, tfakkarna r-“relatività” tal-qagħda temporanja tagħna hawn isfel u fl-istess ħin l-importanza determinant tagħha fejn għandha x’taqsam l-qagħda l-oħra u definittiva fis-sema. Hija għal dan li ċ-ċirkostanza sobrija li ġabritna hawn, kif wara kollox hija kull ġrajja tal-mewt, tirrivela ruħha fid-dawl tal-fidi realtà benefiċjarja, bħala okkażjoni ta’ meditazzjoni u sors tal-grazzja. Aħna wkoll għandna mkunu dejjem imħejjija psikoloġikament, spiritwalment, fil-pussess ta’ dik il-libertà interna, li, waqt li żżommna maħlulin mill-irbit tad-dinja u waqt li żżommna fit-tensjoni tax-xewqa, tiffaċilita u tħaffef fit-tama il-laqgħa tagħna ma’ Kristu Sidna hemm fuq, f’art twelidna.
Jiena jidhirli li l-Kardinal Pignedoli, ukoll minħabba l-mod li bih tbiegħed minna, joffrilna tali spettaklu ta’ serenità u ta’ distakk. Bla dubju, jiena nixtieq, anzi għandi niżżih ħajr għas-servizz versatili u dejjem bieżel li hu, għal snin twal, silef lis-Santa Sede u lill-Knisja; imma raġuni partikolari ta’ rikonoxxenza irrid issa nuri, ukoll f’isimkom, għal-lezzjoni fruttuża li ħallielna waqt li miet.
Allura se nikkonkludi bil-ktieb tal-Għerf: “Il-ġust ukoll jekk imut b’mod prematur, se jsib il-mistrieħ”. Tassew, għal ħajtu ta’ qaddej tajjeb u fidil, għall-mewt tiegħu ta’ qaddej imħejji u viġilanti, huwa diġa sab il-mistrieħ f’Alla, jiġifieri l-konsolazzjoni, il-premju u l-paċi. Hekk ikun!