Se jkollna Milied?

Print Friendly, PDF & Email

Wara li Patri Javier. Leoz mill-belt ta’ Pamplona fi Spanja kiteb medjazzjoni dwar kif dan il-Milied jista’ jkun jixbah lill-ewwel Milied, irċieva telefonata minn għand il-Papa Franġisku nnifsu li feraħlu għal dak li kiteb dwar il-Milied fi żmien il-pandemija. Fit-test, il-qassis Spanjol jenfasizza li l-25 ta’ Diċembru 2020 se jkun aktar sempliċi u kwiet mill-Milied fis-snin ta’ qabel, u allura jista’ jfakkarna aktar fit-twelid ta’ Ġesù fl-għar ta’ Betlehem.

Se jkollna Milied?

Daż-żgur!

Iktar ħiemed u iktar profond.
Jixbah iktar lill-ewwel wieħed, meta Ġesù twieled fis-solitudni.

Mingħajr ħafna dwal fuq l-art,
imma bil-kewkba ta’ Betlehem
tiddi fuq il-mogħdijiet wesgħin tal-ħajja.

Mingħajr purċissjonijiet irjali kolossali,
imma bl-umiltà li nħossuna bħallikieu konna
ragħajja, żgħar u kbar, qed infittxu l-Verità.

Mingħajr imwejjed mimlija u b’assenzi li jsewdulna qalbna,
imma bil-preżenza ta’ Alla li waħdu jimla kollox.

Se jkollna Milied?

U żgur!

Mingħajr toroq mimlija nies,
bi qlubna mħeġġa
għal Dak li għoddu wasal.
Mingħajr l-istorbju jew il-festi,
it-tgergir jew il-kunċerti ffullati…
imma billi ngħixu l-Misteru mingħajr il-biża’
tal-“Erodi tal-Covid” li jipprova jisirqilna
mqar il-ħolma tal-istennija.

Se jkollna Milied għax Alla jinsab magħna
u kif għamel Kristu f’maxtura, hu jrid jaqsam magħna
l-faqar tagħna, il-provi, id-dmugħ, it-tbatija, u ma jħalliniex iltiema.

Se jkollna Milied għax għandna bżonn
ta’ dawl divin qalb din id-dalma kollha.
Il-Covid-19 ma jista’ qatt jilħaq il-qalb jew ir-ruħ
ta’ dawk li jqiegħdu t-tama u l-ideal għoli tagħhom fis-Sema.

SE JKOLLNA MILIED!
Se nkantaw l-għanjiet tal-Milied!
Alla se jitwieled u jġibilna l-ħelsien!

Fr Javier Leoz
(miġjuba mill-Ingliż għall-Malti minn Francesco Pio Attard)



Il-verżjoni bl-Ingliż

Will there be Christmas?

Of course!

More silent and with more depth.
More like unto the first one, when Jesus was born in solitude.

Without many lights on earth
but with the star of Bethlehem
shining on paths of life in its immensity.

Without colossal royal processions
but with the humility of feeling as if we are
shepherds, young and old, seeking the Truth.

Without big tables and with bitter absences
but with the presence of a God who will fill everything.

Will there be Christmas?

Of course!
Without streets overflowing with people
with our hearts burning
for the One who is about to arrive.
Without noise or festivals,
complaints or stampedes …
but living the Mystery without fear
of the “COVID-Herod” that tries to
rob us even of the dream of waiting.

There will be Christmas because GOD is on our side
and He shares, as Christ did in a manger,
our poverty, trials, tears, anguish and orphanhood.

There will be Christmas because we need
a divine light in the midst of such darkness.
COVID-19 will never be able to reach the heart or soul
of those who put their hope and their high ideal in heaven.

THERE WILL BE CHRISTMAS!
WE WILL SING CHRISTMAS CAROLS!
GOD WILL BE BORN AND WILL BRING US FREEDOM!

(J. Leoz)

Ara aktar dettalji …

%d