Ir-ribelli Iżlamiċi qed jheddu r-reġjun fil-Możambik

Print Friendly, PDF & Email

In-Nofsinhar kollu tal-Afrika jinsab f’riskju ta’ periklu, jekk ma jiġux imrażżna r-ribelli Iżlamiċi fil-provinċja ta’ Cabo Delgrado fil-Możambik, hekk qalet għaqda Kattolika lokali tal-Karità.

Fl-aħħar attakk fir-reġjun rikk fiż-żejt, fil-belt ta’ Mautide aktar minn 50 persuna ġew irrappurtati li spiċċaw qattawlhom rashom minn militanti li kienu ħatfu l-belt. L-iktar reġjun tat-tramuntana tal-Możambik, Capo Delgrado ilu jsofri minn tliet snin ta’ kunflitti, li sposta mill-inqas il-fuq minn 310,000 ruħ.

“Il-vjolenza fir-reġjun hija kontinwa. Sfortunatament, din mhix l-ewwel darba li rajna l-qtugħ ir-ras, għalkemm qabel din kienet fuq skala iżgħar”, hekk qal Joseanair Hermes, li jaħdem għal Catholic Relief Services, fergħa tal-iżvillup tal-konferenza episkopali tal-Istati Uniti.“Hemm ħafna li ma nafux dwar ir-ribelli, nkluż l-għan aħħari tagħhom u l-kapaċità kbira għall-vjolenza”, huwa stqarr mal-Crux.

Cabo Delgrado għadu qed jirkupra wkoll miċ-ċiklun Kenneth, li laqat il-Możambik f’April 2019. L-għargħar wassal biex tfaqgħa l-kolera u l-malaria.  “Imma s-sitwazzjoni umanitarja diġa hija milquta ħafna minn dan il-kunflitt armat. Ħafna nies ħarbu mill-vjolenza, xi drabi jimxu għall-sitt ijiem biex jilħqu post sigur. Bosta membri tal-familja anzjani u dgħajfa ma setgħux jiġru jew jimxu u għalhekk tħallew lura mill-familji tagħhom”, qal Hermes.

“Il-kunflitt qed jagħmilha mpossibli li tinkiseb għajnuna umanitarja għar-reġjun tat-Tramuntana ta’ Cabo Delgado. Organizzazzjonijiet umanitarji ma jistgħux iwasslu saħansitra oġġetti bażiċi bħall-ikel lil persuni affettwati f’dawk iż-żoni”. Huwa talab għall-għajnuna peress li l-isfida kontinwa hija minħabba “li l-bżonnijiet huma tant għoljin, imma l-fondi huma limitati”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/church-in-africa/2020/11/islamic-insurgency-in-mozambique-threatens-region-catholic-charity-says/

%d bloggers like this: