Djar tal-Insara fit-Tehran irrejdjati minn aġenti sigrieti


Tnax-il dar Nisranija ġew irrejdjati minn aġenti sigrieti f’operazzjoni koordinata f’Fardis, fil-punent ta’ Tehran.

F’dan ir-rejd, li sar għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu, ħadd mill-Insara ma ġie arrestat, iżda ħafna mill-affarijiet personali tagħhom ġew ikkonfiskati – nklużi telefowns, laptops, Bibbji, letteratura Nisranija u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam mal-Kristjaneżmu – u jistgħu jistennew li jiġu msejħa għal interrogazzjoni fil-jiem li ġejjin. 

Din hija t-tieni darba fi ftit xhur li rejds ikkoordinati kienu mmirati lejn l-Insara fiż-żona ta’ Tehran. Preċedentement, bejn it-30 ta’ Ġunju filgħaxija u l-1 ta’ Lulju filgħodu, mill-inqas 17 –il Kristjan kienu ġew arrestati waqt operazzjoni kkoordinata li affetwat mill-inqas 35 Kristjan f’Tehran, fil-belt ta’ Karaj u f’Malayer, 400 km fil-Lbiċ ta’ Tehran. Ħafna minn dawk arrestati ngħataw il-libertà proviżorja wara ftit jiem, wara li ġew akkużati li “aġixxew kontra s-sigurtà nazzjonali billi ppromwovew il-‘Kristjaneżmu Sionista’”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/iran/iran-twelve-christian-homes-raided-by-intelligence-agents-in-coordinated-operation-in-fardis-west-of-tehran/