WYD ser isir fi Kristu Re minflok Ħadd il-Palm

Print Friendly, PDF & Email

Papa liż-żgħażagħ: Għajjat b’ħajtek li Kristu jgħix u jsaltan.

Fil-konklużjoni tal-Quddiesa għas-Solennità ta’ Kristu Re, l-Papa Franġisku ħabbar li ddeċieda li jittrasferixxi ċ-ċelebrazzjoni djoċesana tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) minn Ħadd il-Palm għall-Ħadd ta’ Kristu Re.

Logo tal-WYD 2023

Meta ħabbar il-bidla, l-Qdusija Tiegħu qal, “Iċ-ċentru taċ-ċelebrazzjoni jibqa’ l-Misteru ta’ Ġesù Kristu l-Feddej tal-Bniedem, kif dejjem enfasizza San Ġwann Pawlu II, l-inizjatur u l-patrun tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ”. Id-djoċesijiet jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fis-snin bejn l-edizzjoni inter-kontinentali ewlenija tal-avveniment, li sseħħ kull 2-3 snin f’post magħżul mill-Papa. L-aktar reċenti kienet saret fil-Panama fl-2019, u dik li jmiss, f’Lisbona, hi skedata li ssir fl-2022, iżda minħabba l-pandemija tal-koronavirus ġiet imċaqilqa għas-sena 2023.

It-tħabbira li d-data nbidlet ġiet qabel iċ-ċerimonja tal-passaġġ tas-Salib u l-Ikona tal-Madonna Salus Populi Romani, s-simbolu tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Għal din l-okkażjoni, delegazzjoni ta’ żgħażagħ mill-Panama għaddiet is-Salib u l-Ikona liż-żgħażagħ minn Lisbona, f’dik li l-Papa Franġisku ddeskriva bħala “ċerimonja sinifikanti”.

Fir-rimarki tiegħu qabel saret iċ-ċerimonja, l-Papa Franġisku qal, “Għeżież żgħażagħ, għajtu b’ħajjitkom li Kristu jgħix u jsaltan,” waqt li fakkar il-kliem ta’ Kristu mill-Evanġelju: “Jekk tibqa’ sieket, jgħajjat il-ġebel!”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-announces-change-to-diocesan-wyd-celebrations.html

%d