Kontroversja ġdida dwar il-Katidral ta’ Notre Dame


Leak fil-Midja Franċiża qed tissuġġerixxi l-bini mill-ġdid tal-parti interjuri tal-katidral prinċipali ta’ Franza fi stil aktar kontempranju imma l-arċidjoċesi ta’ Pariġi qed tinsisti li ma tittieħed ebda deċiżjoni qabel tmmiem Marzu. 

Skont artiklu li deher fil-ġurnal influwenti Le Figaro, il-kumitat maħluq mill-arċisqof Michel Aupetit ta’ Pariġi ftit xhur ilu jħaddan diversi esperti u membri tal-kleru dan l-aħħar ħareġ b’xi proposti diskussi wkoll f’assemblea ta’ saċerdoti Pariġini li jidher li ma tantx se jiġbdu simpatija mill-parti l-kbira tal-popolazzjoni Franċiża.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.