Rigali impressjonanti għal Papa Franġisku matul is-sena 2020

Print Friendly, PDF & Email

Minn items ta’ ikel għal te, kafe u ikel ieħor mill-Kenja, għal statwa ta’ iljunessa qed tieħu ħsieb id-driebes  ċkejknin tagħha…Kull darba li l-Papa jiltaqa’ ma’ kapijiet tal-istat jew mexxejja, dejjem ikun hemm skambju kordjali ta’ rigali u s-sena 2020 ma kinitx eċċezzjoni. 

Per eżempju, il-President tal-Ukranja ta lill-Papa bowl tal-porċellana li l-qabbada tagħha hija fil-forma ta’ ħaruf.  Fost ir-rigali kien hemm ukoll items reliġjużi bħal baklu tal-injam mill-ambaxxatur tar-Repubblika Dominikana għas-Santa Sede. Waħda mill-aktar laqgħat mistennija tas-sena kienet mal-president Arġentin il-ġdidAlberto Fernández.

Il-president il-ġdid ta lill-Papa biċċa drapp magħmula mill-idejn ta’ nies b’diżabilita’.  Tah ukoll kotba dwar ħwienet tal-kafe fi Buenos Aires u statwa tal-ilsir  “Negro Manuel,” li skopra l-iskultura tal-Madonna ta’ Luján. F’sena milquta mill-covid-19, il-Papa rċieva diversi rigali prattiċi sabiex jindirizza l-kriżi globali. Il-President tal-Isklovakkja per eżempju,offrielu l-possibilta’ ta’ eluf ta’ testijiet tal-covid minn xjenzati Slovakki.  Il-President tatu wkoll xbieha moderna tal-Madonna tad-Dulura patruna ta’ pajjiżha.  Iltaqa’ ma’ erba’ aħwa Taljani lkoll infermieta li matul il-pandemija ġabulu żewġ rigali: l-uniformi tagħha tax-xogħol u hekk imsejħa ‘kaxxa tad-dmugħ’.

https://www.romereports.com/en/2020/12/27/most-impressive-gifts-pope-francis-received-in-2020/

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d