Ħolma Ħadra

Print Friendly, PDF & Email

Nieħdu ħsieb il-ħolqien anke bl-ilbies tagħna

L-Istitut Universitarju Salesjan ta’ Venezja u Verona (IUSVE) qed jippromwovi kampanja ta’ 3 snin imsejħa ‘Ħolma Ħadra’, ddedikata għall-għarfien ekoloġiku u prattiċi trasformattivi, spirata mill-Enċiklika ‘Laudato Si’. L-idea ta’ ‘armarju ekoloġiku’ ħarġet minn din il-kampanja – esibizzjoni ta’ drapp, żraben, u aċċessorji prodotti minn kumpaniji li jixtiequ jreġġgħu lura t-tendenzi kurrenti kemm fil-proċess tal-produzzjoni kif ukoll fil-bejgħ, u jippromwovu l-ġust, solidali u stil sostenibbli.

Francesca Bonotto, professur fil-Ħolqien u l-Fashion Lab tal-IUSVE, hija dik li ħolqot u qed tmexxi din il-wirja. L-interess tagħha fis-sostenibbiltà ambjentali wasal minn kors ta’ koppji mpenjati li hi attendiet mar-raġel tagħha, u li dan kien sar f’ċentru tal-irtiri mmexxi mill-Franġiskani Konventwali f’Camposampiero. “Dak il-kors li attendejt ma’ Federico (r-raġel tagħha), u li huwa attent ħafna għall-benesseru tal-persuna u l-istill tal-ħajja, għamlitni iktar konxja tan-natura u qajmet fija nteress imġedded fil-katina tal-produzzjoni”, stqarret Francesca.

L-esebizzjoni li fetħet f’Venezja Mestre f’Ottubru 2020, fir-rebbiegħa li ġejja, se tmur fil-kampus tal-IUSVE ta’ Verona. Mill-ftuħ tagħha, għexieren ta’ studenti u professuri żaru l-esebizzjoni waqt li rrispettaw ir-regolamenti kontra l-Covid. Uħud minn dawk li żaru din il-wirja ġew ukoll miż-żona tal-madwar. Il-mod kif ġiet ippreżentat l-esebizzjoni pprovda ambjent sabiħ. Il-Professur Gottardo spjega li huma preferew li jħallu lill-viżitaturi jkollhom esperjenza diretta milli sempliċiment jipprovdu informazzjoni. “Li tista’ tmiss drappijiet magħmula għall-għomja jew għalik innifsek, u tara l-kwalità ta’ materjal riċiklat, tgħin lin-nies b’mod relevanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-01/ecological-closet-caring-for-creation-even-with-our-clothing.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: