Film: “L-imħabba tirbaħ kollox”

Print Friendly, PDF & Email

Film ta’ Chiara Lubich: “L-imħabba tirbaħ kollox”.  

Lucia Abignente, storika tal-Moviment tal-Fokolari, ssegwi s-snin t’investigazzjonijiet u interrogazzjonijiet li għalihom kienet soġġetta Chiara Lubich fid-dawl tax-xbihat li dehru fil-film: “Chiara Lubich – l-imħabba tirbaħ kollox”, li xandret fuq RaiUno il-Ħadd 3 ta’ Jannar. Hija storja li ftit hi magħrufa: Chiara saħansitra tneħħiet mir-responsabbiltà tal-Moviment u ġiet imġiegħla tirriżenja. Kien ġie pprojbit il-ftuħ ta’ fokolari ġodda. Iżda l-istorika stqarret, li “iktar ma kien b’saħħtu is-Salib, iktar l-imħabba tat il-frott”.

“Il-film hu fiction imma b’kontenut storiku qawwi”. Morna għand l-istorika Lucia Abignente, tal-Moviment tal-Fokolari, biex nifhmu kemm il-film huwa affidabbli mil-lat storiku, speċjalment fil-partijiet li fihom tiġi esplorata r-relazzjoni bejn il-Knisja u Chiara Lubich.

Id-direttur Giacomo Campiotti u dawk li kitbu l-film għażlu li jiffukaw fuq l-istorja ta’ Chiara fi Trento, f’belt twelidha, matul is-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa f’dan il-kuntest li l-kariżma toriġina u li maż-żmien kienet destinata li tinfirex mad-dinja kollha, iżda li, fis-snin ta’ qabel il-Konċilju, tqajmu reżistenza w ostakli fi ħdan l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi. Dawn kienu s-snin li fihom il-Moviment kien soġġett għal inkwiżizzjonijiet u żjarat appostoliċi. Lucia Abignente hija wkoll l-awtriċi tal-ktieb: “Hawn is-saba’ ta’ Alla.  Carlo de Ferrari u Chiara Lubich: id-dixxerniment ta’ karima”. F’dan il-ktieb, jiġu trattati wkoll dawk is-snin fejn Chiara Lubich fis-skiet batiet, imma ħalliet l-id ta’ Alla taħdem.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/chiesa/2021/01/05/film-su-chiara-lubich-abignente-focolari-tra-realta-e-fiction-la-storia-di-chiara-unapripista-nella-chiesa/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: