Jum l-Iżlam fil-Polonja

Print Friendly, PDF & Email

‘Jum l-Iżlam’ fil-kalendarju annwali tal-Knisja Kattolika fil-Polonja din is-sena kien opportunita’ sabiex wieħed jirbaħ il-preġudizzji’.  Dan qalu l-Isqof Henryk Ciereszko li jissorvelja r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ reliġjonijiet fil-pajijż. 

Hu qal li din il-kommemorazzjoni li din is-sena saret nhar is-26 ta’ Jannar ‘għenet sabiex tintrebaħ l-averżjoni u l-preġudizzji ħalli jinstab dak li komuni bejn il-Musulmani u l-Kattoliċi’.  Ciereszko, li huwa isqof awżiljarju ta’ Białystok u delegat tal-isqfijiet Pollakki għad-djalogu Kattoliku-Musulman, innota li l-motto għall-avveniment ta’ din is-sena kien ‘Insara u Musulmani: Nipproteġu l-Postijiet tal-Kult Flimkien’. Dan enfasizza l-importanza u r-rwol ta’ dawn il-postijiet, il-knejjes Insara u l-moskej Musulmani fejn Alla huwa meqjum.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading