Tifel jismu Ġorġ.


Fl-anniversarju tat-twelid ta’ San Ġorġ Preca.

Dun Ġorġ twieled fil-Belt Valletta, nhar it-12 ta’ Frar 1880. Irċieva trobbija nisranija mingħand il-ġenituri tiegħu. L-istudji tiegħu għamilhom fil-Liċeo u fis-Seminarju.

Kien ta’ saħħa fraġli, tant li meta kien djaknu marad serjament u t-tabib tiegħu ma kellu ebda fiduċja li jfiq.Iżda bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp, fieq u ordna saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906. Sa minn qabel ma sar qassis, Dun Ġorġ intebaħ li l-poplu ta’ Alla kien jinħtieġ min jgħallmu. Beda jikteb regola bil-Latin bil-ħsieb li jibgħata lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf soċjetà ta’ djakni permanenti ħalli jgħinu lill-isqfijiet fil-formazzjoni nisranija bit-tagħlim …

aktar … http://www.sdc.me.uk/st_george_preca/maltese.html

Ara wkoll, Minn fomm Dun Ġorġ … http://www.laikos.org/fomm_dgp.htm

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.