Lezzjoni II: San Sidor

Print Friendly, PDF & Email

4 ta’ April: SAN SIDOR, ISQOF U DUTTUR TAL-KNISJA

Tifkira

San Sidor twieled f’Kartaġena, Spanja, madwar is-sena 560; kien tifel ta’ familja nobbli Rumana, li kienet qed tgħix f’Kartaġena, Spanja.  Wara l-mewt ta’ missieru, ħa ħsieb ħuh Leandro. Sar isqof ta’ Sevilla fil-599 wara ħuh, kiteb ħafna opri li jixhdu għerfu, u laqqa’ u mexxa bosta konċilji fi Spanja, li bis-saħħa tagħhom ħafna ħwejjeġ ġew organizzati bil-għaqal. Miet fis-sena 636 ta’ 76 sena. Ġie ddikjarat duttur tal-Knisja fl-1722.

Fl-Uffiċċju tal-qari

LEZZJONI II

Qari mill-kotba tas-Sentenzi, ta’ l-isqof San Sidor

 (Lib. sententiarum, 3:-8-10)

Il-Kittieb tajjeb fis-saltna tas-smewwiet

Inkunu safja f’ruħna bit-talb, nitgħallmu bil-qari; ħaġa tajba kieku nistgħu nagħmlu l-ħaġa u l-oħra, imma, jekk ma nistgħux nagħmlu t-tnejn, aħjar titlob milli taqra. Min irid ikun dejjem ma’ Alla jeħtieġlu jitlob ta’ spiss u jaqra ħafna, għax meta titlob tkun titkellem ma’ Alla, u meta taqra jkun ikellmek Alla. Nimxu ’l quddiem fil-ħajja tar-ruħ bil-qari u l-meditazzjoni, għax bil-qari nitgħallmu dak li ma nafux, u bil-meditazzjoni ngħożżu fina dak li nkunu tgħallimna.

Il-qari tal-Kotba Mqaddsa hu tajjeb għal darbtejn, għaiiex bih inkabbru fina t-tagħlim u bih nitbiegħdu mill-frugħat tad-dinja u naslu għall-imħabba ta’ Alla. Dan il-qari neħtiġuh għal żewġ raġunijiet; għax jurina kif għandha titħabbar sewwa u xieraq; l-ewwel trid tkun imħejji biex tifhem dak li taqra, ħalli mbagħad tkun kapaċi tgħid lil ħaddieħor dak li tgħallimt.

Min jaqra għandu jfittex qabel xejn, mhux li jitgħallem, imma li jkollu l-ħila jagħmel dak li jkun tgħallem; għax hi ħaġa wisq anqas iebsa ma tkunx taf xi trid, milli ma tkunx kapaċi tagħmel dak li taf, u, jekk bil-qari aħna nitgħallmu, bit-tagħlim aħna nistgħu nagħmlu sewwa dak li nkunu tgħallimna.

Ħadd ma jista’ jifhem l-Iskrittura, jekk ma jkunx imdorri jaqraha; għax hemm miktub: Żommu fl-għoli (]-qari tal-Iskrittura) u hu jgħolli lilek: isebbħek jekk inti

tħaddnu miegħek. Aktar ma wieħed jaqra ta’ spiss il-Kotba Mqaddsa aktar jifhimhom aħjar: bħalma jiġri fl-għelieqi: aktar ma tħaddem l-art, aktar tagħtik frott.

Issib lil xi wħud li għandhom intelliġenza kbira, imma ftit jaqraw, u hekk, bit-traskuraġni tagħhom, imaqdru dak li kieku kienu jitgħallmu bil-qari. Mbagħad issib ukoll lil xi wħud li jixtiequ jitgħallmu, imma jfixkilhom in-nuqqas ta’ intelliġenza tagħhom: dawn iżda, bil-qari kollu li jagħmlu, jaslu biex jitgħaxxqu b’dak li l-intelliġenti ma jafux, minħabba I-għażż tagħhom.

Kif min idum ma jifhem, meta jħabrek biex jistudja, jasal biex jikseb il-premju, hekk dak li jittraskura l-intelliġenza, li tah Alla, għax ikasbar id-don ta’ Alla u jonqos bl-għażż tiegħu jkun jistħoqqlu l-kastig. Kull tagħlim, mingħajr I-għajnuna tal-grazzja, għalkemm jasal sal-widnejn, ma jinżilx-fil-qalb: jagħmel ħafna ħoss minn barra, imma ma jiswa xejn għar-ruħ. II-kelma ta’ Alla tidħol mill-widnejn u tinżel fil-qiegħ tal-qalb biss meta l-grazzja ta’ Alla ddawwal minn ġewwa l-moħħ biex jifhem.

RESPONSORJU                                                        Mt 13:52; ara Prov 14:33

1. Kull kittieb, imgħallem tas-Saltna tas-smewwiet, * Jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim (Żmien il-Għid hallelujah).

2. F’qalb il-bniedem bil-għaqal jgħammar l-għerf, u jgħallem ukoll lill-boloh * Jixbah lil wieħed sid li mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim (Żmien

il-Għid hallelujah).

Fit-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

Fir-Randan għat-tifkira

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Il-bnedmin bil-għaqal ikollhom fuqhom dija bħal dik tas-sema, u dawk li jkunu wasslu ’l ħafna fis-sewwa jkunu jiddu bħal kwiekeb għal dejjem ta’ dejjem.

Talba

Agħti widen, Mulej, għat-talb li qegħdin nagħmlulek fit-tifkira ta’ San Sidor, biex, bħalma hu kien ta’ fejda kbira għall-Knisja bit-tagħlim qaddis tiegħu, hekk ukoll

ikun ta’ għajnuna għalina bit-talb t iegħu. B’Ibnek.

Fl-Għasar

Fir-Randan għat-tifkira:

Ant. tal-kant. ta’ Marija San Sidor, mgħallem tassew għaref u dawl tal-Knisja Mqaddsa, itlob lill-Iben ta’ Alla għalina, int li ħabbejt il-liġi tal-Mulej.

%d bloggers like this: