Silta mill-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas. 14/03/2021
Aħna llum ninsabu f’komunità terapewtika. Xi tfisser? Komunità ta’ fejqan. Min jiġi hawn huwa vittma ta’ sistema li offrietlu d-dlam tad-droga bħala serħan. Kemm inkunu boloh jekk lil uliedna minflok nagħtuhom il-ħobż bnin tat-tjieba, tal-kontroll tagħna nfusna u tad-dixxiplina, nagħtuhom il-ġebel jew il-velenu tad-dipendenza. Ħudha, ma jiġrilek xejn! Ma tmurx il-ħabs, anzi tista’ tixtriha! Veru se toqtlok, veru se tkisser ħajtek u ħajjet in-nies ta’ madwarek, imma ndawru r-rota!

Imma allura ma nistgħux nifhmu li s-saħħa taż-żgħażagħ u tal-adulti tagħna titlob deċiżjonijiet għaqlin?
X’deċiżjonijiet qegħdin nagħmlu? X’deċiżjonijiet se nieħdu? Ma ninsewx li Alla, jekk irid ikun f’għemilna, irid ikun preżenza ta’ mħabba. L-imħabba hija l-verità ta’ dak kollu li hu ta’ ġid għall-bniedem. Ara kemm sagrifiċċji qed jitolbu minna l-awtoritajiet għas-saħħa! Imma allura ma nistgħux nifhmu li s-saħħa taż-żgħażagħ u tal-adulti tagħna titlob deċiżjonijiet għaqlin? U mhux li nagħmlu d-dipendenza mid-droga iżjed faċli! Inħalli dan il-kliem għal min irid jifhem u nawgura u nitlob li nkunu soċjetà li ma tibżax mid-dawl ta’ Ġesù u li nwarrbu d-dlamijiet tal-ħażen minn ġo qalbna.
✠ Charles Jude Scicluna