Il-Papa qrib dak li qed ibatu

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa fl-Udjenza talab għall-vittmi tal-“attakki terroristiċi” li seħħew fin-Niġer, u għall-poplu Awstraljan milqut minn “għargħar kbir”.

“Ejjew nitolbu għall-vittmi, għall-familjari tagħhom u għall-poplu kollu, sabiex il-vjolenza mġarrba ma tikkawżax li twassal għat-telfien fit-triq lejn id-demokrazija, ġustizzja u paċi”. Hekk talab il-Papa Franġisku, fl-aħħar tal-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, hu w jikkummenta dwar “l-attakki terroristiċi li seħħew reċentament fin-Niġer, li wasslu biex 137 persuna tilfu ħajjithom”.

Imbagħad il-Papa Franġisku semma “l-għargħar kbir” li laqat l-istat ta’ New South Wales, fl-Awstralja: “Jien viċin in-nies u l-familji affettwati minn dan l-għargħar, speċjalment dawk li raw djarhom tiġi meqruda.” Huwa ħeġġeġ lil dawk in-nies li qed jagħmlu minn kollox biex ifittxu lil dawk il-persuni li ntilfu w li qed jagħtu l-għajnuna.

Fl-aħħarnett, huwa bagħat ix-xewqat tiegħu għall-Jum Dinji għall-Ġlieda kontra t-Tuberkolożi: “J’Alla twassal fl-avvanz għat-trattament ta’ din il-marda w solidarjetà akbar ma’ dawk li jbatu minnha”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/3/24/papa-francesco-udienza-prega-per-le-vittime-degli-attacchi-terroristici-in-niger-e-delle-grandi-inondazioni-in-australia/

%d bloggers like this: