Fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) li hemm fil-Belt, Valletta u li hija mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani hemm xbieha ta’ Santu Rokku kif ukoll din it-talba ta’ hawn taħt għall-interċessjoni ta’ dan il-Qaddis kontra l-pandemiji.
Talba lil Santu Rokku
O Mqaddes Santu Rokku, protettur tagħna, ikollok ħniena minna f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Meta kont f’din l-art, bis-sinjal tas-Salib ta’ Ġesù Kristu u bil-qawwa ta’ Alla, inti fejjaqt ħafna morda mill-mard tagħhom. Issa li qiegħed fil-glorja tas-Sema, bil-qawwa setgħana tiegħek mis-Smewwiet, isma’ l-karba tagħna, sabbarna f’dan iż-żmien ta’ tensjoni, u qawwina dejjem fis-saħħa tar-ruħ u l-ġisem.
Bi Kristu Sidna, Ammen.