Ġwanni Pawlu II f’Osnabrück

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIR-REPUBBLIKA FEDERALI TEDESKA  

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Osnabrück, 16 ta’ Novembru 1980

Meqjumin konfratelli, għeżież ħuti fil-Mulej!

1. Meta l-evanġelista Gwanni minħabba r-rapporti familjari tiegħu mal-Imgħallem u minħabba l-għarfien profond tal-qalb mimlija mħabba ta’ Ġesù, elabora l-kliem tal-Vanġelu tallum, it-talba tal-“addijo” tal-Mulej, kellu quddiemu l-ewwel komunitajiet insara: kienu ġew iffurmati bi tbatija u bil-mod, l-ewwel fil-Palestina, imbagħad wara l-ewwel persekuzzjoni u ħarba, f’Antijokja u minn hemm taħt l-impuls missjunsarju ta’ San Pawl  sa fl-Asja minuri u fil-Greċja u fl-aħħar f’Ruma. Però il-konsistrnza tagħhom baqgħet fdejjem pjuttost żgħira, u esposta għall-perikoli; dawn il-komunitajiet kienu jgħixu bħala minoranza bejn il-maġġuranza vasta tal-pagani tal-Imperu Ruman.

L-evanġelista jrid isabbar u jikkorrabora ma’ dawn l-insara billi jiktbilhom kif Ġesù Kristu talab propju għalihom: lilhom Ġesù rrivela “isem” Alla; lilhom irregala l-“glorja” tiegħu; fihom hemm bżonn li tibqà l-“imħabba”, li teżisti bejn Alla Missier u l;-Iben; huma għandhom “ikunu perfetti fl-għaqda”. Bħal ma hu Ġesù mal-Missier. Kliem qawwi ta’ sabar u ta’ korraborazzjoni intima għal ħajja iebsa fit-tixrid”, fid-“diaspora”!

Ħuti! Illum qiegħed inwasslilkom ilkoll dan il-Vanġelu, dan il-messaġġ ferrieħ, din it-talba effikaċi ta’ Ġesù: tgħodd għalikom, fidili ta’ din id-dijoċesi antika u venerabbli,  li ftit ilu ċċelebrat it-XII-il ċentinarju tat-twaqqif tagħha: u tgħodd għall-kattoliċi kollha f’dijaspora fil-Ġermanja ta’ Fuq u fl-Iskandinavja, li llum b’mod speċjali rrid nindirizza minn din il-belt ta’ Osnabruck, sedja tad- dijoċesi l-iktar fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Insellem b’ferħ partikolari lill-Isqfijiet hawn preżenti ta’ din id-dijoċesi u ta’ dawk fil-qrib, speċjalment ta’ Berlin u tal-Iskandinavja, u wkoll lis-saċerdoti u lill-fidili tar-reġġjuni u tal-Pajjiżi tad-dijaspora. Ir-Ragħaj suprem tal-Knisja, li jgħix għaqda bejn bosta popli, ġie għandkom, biex niżżu ħajr flimkien lil Alla, għall-kuraġġ tal-fidi tagħkom u wkoll biex iqawwikom fiha, sabiex tkunu għal darb’oħra xhieda ħajjin tal-fidwa tagħna fi Kristu.

2. L-istat tal-fidi tal-kattolċi f’din il-vasta dijaspora  huwa differenti u diffiċli ħafna. Dan, propju fid-dijoċesijiet tal-Ġermanja ta’ Fuq, għadu kkaratterizzat b’mod deċiżiv minn sitwazzjoni storika partikolari.  Fi tmiem il-gwerra mijiet ta’ eluf ta’ persuni, fosthom bosta kattoliċi, kellhom iħallu art twelidhom, jemigraw u jistabilixxu r-residenza tagħhom fit-territorji vasti ta’ dawn id-dijoċesijiet, li preċedentement kellhom popolazzjoni esklussivament evanġelika.

Flimkien mal-bagalja ċkejkna, li kienet tikkostitwixxi dak kollu materjali li kienu jippossiedu, ġabu magħhom, bħala pussess prezzjuż, fuq kollox il-fidi tagħhom, spiss rappreżentata biss fil-ktejjeb tat-talb tal-art ta’ twelidhom l-antika.

Bosta minnkom, għeżież ħuti fil-fidi, għadkom tiftakru kif dak iż-żmien kellkom tfittxu għamara ġdida, tmiddu jdejkom biex tipprovdu l-iktar bżonnijiet vitali ndispensabbli, u kif fl-istess ħin kellkom tistabilixxu mijiet ta’ komunitajiet kattoliċi ġodda. Taħt it-tmexxija tal-Isqfijiet u s-saċerdoti ħabrieka bnejtu knejjes ġodda u waqqaftu altari ġodda. Għalkemm batejtu faqar estrem u għextu fi preokkupazzjoni estrema għall-familji tagħkom, intom minnufih impenjajtu ruħkom ukoll għat-twettiq tal-ħajja ekleżjali, waqt li ffaċċjajtu mhux ftit sagrifiċċji. B’dan il-mod irrivelajtu lid-dinja kollha li se tibqgħu sħaħ fil-fidi u li ma kontux se tħallu lilkom infuskom titnikkru minħabba s-salib impost fuqkom, anzi stajtu saħansitra tittrasformaw in-niket f’barka, u n-nuqqas ta’ ftehim f’rikonċiljazzjoni. Aħna għandna nkuni dejjem grati lejkom għal dan l-eżempju ta’ kostanza fil-fidi.

Fil-ħarsa lura lejn l-iżvilupp tal-ħajja ekkleżjali f’dawk is-snin diffiċli, infakkru wkoll bi gratitudni il-bosta komunmitajiet evanġeliċi ta’ dan il-pajjiż li għal żmien twil qiegħdu l-knejjes tagħhom għafd-dispożizzjoni wkoll tal-kattoliċi,  b’hekk qiegħdu r-rgħajja tagħhom f’pożizzjoni li jiġbru mill-ġdid l-merħla mferrxa.

3. Fis-sewwa, dawn iż-żminijiet diffiċli ħolqu feriti qarsa, però l-Mulej fejjaq u għen ukoll. Jidher ġust li nfakkru dan illum, għaliex il-pajjiż tagħkom ifakkar b’“jum ta’ luttu nazzjonali” in-numru kbir ta’ dawk li mietu fl-aħħar gwerra. Iżda l-istess Sidna Ġesù Kristu, li l-bieraħ assista bis-sosten konsolatorju tiegħu, jagħti wkoll illum u għada l-qawwa ta’ mħabbtu, sabiex tibqgħu, fost il-provi taż-żmien preżenti, xhieda kredibbli tal-messaġġ tiegħu ta’ liberazzjoni.

Hekk – skont il-kliem tsat-tieni qari taċ-ċelebrazzjoni liturġika tallum, meħud mill-ewwel ittra ta’ Pietru – għandkom saħansitra mottivi tajbin biex tkunu “mfawrin bil-ferħ”, ukoll jekk issa għandkom tkunu għal ftit taż-żmien milquta minn diversi provi, għaliecx il-valur tal-fidi tagħkom, ferm iktar prezzjuża mid-deheb li, għalkemm iddestinata li tgħib, madankollu tipprova lilha nfisha bin-nar” (1Pt 1,6.7). Il-prova tal-fidi tagħkom: dan huwa iċ-“ċans” tagħkom! Fidi intima, matura u konxja tar-responsabiltajiet propji: dan jistà jkun id-don tagħkom lill-Knisja kollha! U hekk tistgħu intom stess “tiksbu d-destinazzjoni tal-fidi tagħkom, is-salvazzjoni tagħkom” (1Pt 1,9), li tingħatalkom “fil-manifestazzjoni ta’ Ġesù Kristu”. “Intom tħobbuh minkejja li ma rajtuhx; u issa mingħajr ma tarawh temmnu fih” (1Pt 1,8). Permezz tal-qawmien mill-imwiet tiegħu għandkom “tama ħajja” għall-“wirt” li ma jitħassarx linqas jitnawwar u hija merfugħa għalikom fis-smewwiet” (1Pt 1,3.4). Hija l-istess “qawwa ta’ Alla” li tikkorroborakom f’din il-fidi (cf. 1Pt 1,5), jekk intom – nistgħu nżidu – tagħmlu dak li tistgħu biex tikkonservaw ħajja u effikaċi l-fidi tagħkom. L-istat tagħkon ta’ nsara f’dijaspora jikkostitwixxi għalhekk sfida partikolari.

Ftit ħafna fostkom jistgħu llum ikunu sostnuti fil-prattika tal-fidi propja biss minn ambjent kredenti qawwi.  Għandna għalhekk niddeċiedu b’mod konxju li rridu nkunu nsara professanti, u li jkollna l-kuraġġ li niddistingwu ruħna, jekk hemm bżonn, mill-ambjent tagħna. Prekundizzjoni għal tali xhieda deċiża ta’ ħajja nisranija hija li nħossu u nifhmu, min-naħa tagħna, il-fidi bħala okkażjoni prezzjuża tal-ħajja, li tmur ‘il hemm mill-interpretazzjonijiet u d-drawwa tal-ambjent. Hemm bżonn nutilizzaw kull okkażjoni biex nisperimentaw kif il-fidi tarrikkixxi l-eżistenza tagħna, topera fina fedeltà awtentika fil-ġlieda għall-ħajja, tikkorrabora t-tama tagħna kontra l-attakki ta’ kull tip ta’ pessimiżmu u ta’ disperazzjoni, timbuttana biex nevitaw kull estremiżmu u biex nimpenjaw ruħna b’riflessjoni għall-ġustizzja u l-paċi fid-dinja; tistà fl-aħħarnett tikkunslana u sserraħna fin-niket.

Dmir u “ċans” tas-sitwazzjoni ta’ dijaspora huwa għalhekk li nisperimantaw b’mod iktar konxju kif il-fidi tgħin biex ngħixu b’mod iktar sħiħ u profond.

4. Ħadd ma jistà jkollu fidi għalih innifsu biss. Il-Mulej sejjaħ lid-dixxipli tiegħu għal komunjoni, biex ikunu poplu ta’ Alla f’pellegrinaġġ, għall-Knisja, li topera bħala korp bil-qawwa vitali tiegħu. Fejn jiltaqgħu iktar fidili għal professjoni tal-fidi, ċelebrazzjoni, talb u azzjoni komuni, hemm jiġi jiltaqà magħhom il-Mulej. “Fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin f’ismi, jiena nkun f’nofshom” (Mt 18,20). Ried il-Mulej b’dan il-kliem jirreferina propju għal sitwazzjoni ta’ dijaspora ma jitkellimx dwar elf, linqas dwar mija, linqas dwar għaxra, imma dwar “tnejn jew tlieta”. Diġa hawn il-Mulej iwegħdna l-preżenza restorattiva tiegħu!

Id-dijoċesijiet u l-komunitajiet parrokkjali tagħkom joffru barra minn dan possibiltajiet multipli ta’ laqgħa mhux biss b’wieħed jew żewġ kredenti tal-istess fidi nisranija, imma bil-komunitajiet u l-gruppi kollha. F’dan il-punt jien għal dawn irrid b’mod kordjali niżżi ħajr lis-saċerdoti kollha u lil-lajċi korroboranti tagħhom li, minkejja diffikultajiet kbar, jimpenjaw ruħhom b’mod instankabbli b’żelu sħiħ u sagrifiċċju personali għal ħajja komunitarja attiva u effiċjenti. Fl-istess ħin nistieden lill-kredenti kollha biex jutilizzaw kull okkażjoni li tippreżenta ruħha biex jimeljoraw il-fidi tagħhom u l-futur tagħhom. Kunu b’mod psartikolari fidili u kostanti fis-sehem fil-quddiesa tal-Ħadd jew tas-Sibt filgħaxija. U hemm fejn iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tal-Ħadd hija irraġjunġibbli minħabba d-distanzi kbar, ħudu sehem talinqas f’liturġija tal-kelma bid-distribuzzjoni possibbli tat-tqarbina imqaddes! “Fejn inkunu miġburin f’isem Ġesù, hemm hu jkun preżenti f’nofsna”.

5. Iżda rrid fuq kollox ninkuraġġikom biex tfittxu u tapprofondixxu f’fidi sinċiera il-kuntatt ma’ ħutkom evanġeliċi. Il-moviment ekumeniku tal-aħħar għaxriet ta’ snin ġabkom taraw b’mod ċar kemm l-insara evanġeliċi huma magħqudin magħkom fil-preokkupazzjonijiet u l-ferħ tagħhom u kemm għandkom komuni magħhom meta flimkien tgħixu b’mod sinċier u b’mod konsegwenti l-fidi f’Sidna Ġesù Kristu. Niżżu ħajr mela b’qalbna kollha lil Alla għaliex id-diversi komunitajiet ekkleżjali fir-reġġjuni tagħkom mhumiex opposti minn nuqqasijiet ta’ fehim u wisq inqas ma jingħalqux bejniethom bil-biżà. Diġa pjuttost esperjenzajtu spiss l-esperjenza feliċi li fehim u aċċettazzjoni mutwi kienu partikolarment faċli meta ż-żewġ partijiet għarfu sewwa l-fidi tagħhom, ipprofessawha b’ferħ u stmaw il-komunjoni konkreta flimkien ma’ ħuthom fil-fidi. Irrid ninkuraġġikom biex tkomplu f’din it-triq.

Għixu l-fidi tagħkom ta’ kattoliċi bi gratitudni lil Alla u lill-komunità ekkleżjali tagħkom; agħtu bl-umiltà kollha u mingħajr ebda sodisfazzjon xhieda kredibbli tal-valuri intimi tal-fidi tagħkom u nkuraġġixxu wkoll b’mod opportun u amabbli lil ħutkom evanġeliċi biex jixhdu l-fidi tagħhom, biex jikkorroboraw u japprofondixxu fi Kristu il-forom tal-ħajja reliġjuża tagħhom. Jekk il-knejjes u l-komunitajiet kollha jikbru tassew fil-milja tal-Mulej, b’mod certissmu l-Ispirtu tiegħu jindikalna t-triq biex nilħqu l-għaqda nterna u esterna sħiħa tal-Knisja.

Ġesù stess talab għall-għaqda perfetta ta’ ħbiebu: “Kollha jkunu ħaġa waħda. Bħal ma int, Missier, inti fija u jiena fik, ikunu wkoll huma fina ħaġa waħda, sabiex id-dinja temmen li inti bgħattni” (Ġw 17,21). Smajnieh issa issa fil-Vanġelu, U mill-ġdid għal darb’oħra Ġesù jitlob b’insistenza lil Missieru divin: “U l-glorja li inti tajt lili, jiena tajtha lilhom, sabiex ikunu bħalna ħaġa waħda. Jiena fihom u inti fija, sabiex ikunu perfetti fl-għaqda u d-dinja tkun taf li inti bgħattni u li ħabbejthom bħal ma int ħabbejt lili” (Ġw 17,22.23).

Din it-talba għall-għaqda għandha propju bir-rieda ta’ Kristu tgħodd ukoll għal dawk l-insara li jsostnu u jikkonfermaw lil xulxin fil-fidi: “Ma nitolbokx biss għal dawn – ikompli jitlob Ġesù – imma wkoll għal dawk li b’kelmthom se  jemmnu fija” (Ġw 17,20). Nistgħu mela nittamaw b’fiduċja li d-djalogi ekumeniċi kollha, it-talb u l-azzjonijiet kollha komuni tal-insara tad-diversi stqarrijiet huma diġa nklużi f’din it-talba ħelwa ta’ Ġesù: “Kollha jkunu ħaġa waħda.

Bħalma int, Missier, inti fija u jiena fik, ikunu wkoll huma fina ħaġa waħda”. Minn din l-għaqda tiddependi l-kredibiltà tal-messaġġ tar-redenzjoni bil-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu: “sabiex id-dinja temmen li inti bgħattni” (Ġw 17,21). Il-Mulej jagħmel f’din it-talba kondizzjoni: “ “Jiena għarrafthom ismek u dan għamiltu, sabiex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien fihom” (Ġw 17,26). Nitolbu u naġixxu b’mod tassew ekumeniku “fl-isem ta’ Ġesù” biss meta nżommu l-imħabba lejn Kristu bejnietna u nqegħduha fil-bażi tal-isforzi kollha għal għaqda iktar profonda.

Għandi fiduċja sħiħa li din it-talba tal-Iben ta’ Alla, Sidna u ħuna, għad iġib il-frott sħiħ. Irridu nitolbuh sabiex jitwettaq dak li ħabbrilna l-profeta fl-ewwel qari tallum: “Hekk jgħid il-Mulej Alla: Se neħodkom minn fost il-ġnus, se niġborkom minn kull art u se nwassalkom fuq l-art tagħkom. Se nbixxkom bl-ilma pur u tkunu mnaddfa… Se nagħtikom qalb ġdida, se nqiegħed fikom spirtu ġdid… Se nqiegħed l-ispirtu tiegħi ġewwa fikom u se nagħmel li tgħixu skont il-preċetti tiegħi u se nagħmel li tosservaw u tqiegħdu fil-prattika l-liġijiet tiegħi, intom tkunu l-poplu tiegħi u jien inkun Alla tagħkom” (Eż 36,24-28).

6. Għeżież ħuti! Intom tgħixu l-fidi tagħkom bla dubju f’kondizzjonijiet diffiċli. Dijoċesijiet oħra ta’ pajjiżkom, f’sitwazzjonijiet aħjar, iżda, jinsabu qribkom b’forom differenti ta’ solidarjetà, speċjalment permezz tal-istituzzjoni  esperimentata tant ta’ min ifaħħarha tal-opra ta’ San Bonifaċju. Magħha tassoċja ruħha l-opra ta’ San Ansgarju, li biha jsostnu u jassistu b’mod fratern iod-dijoċesijiet tal-Iskandinavja. Fis-saltna tas-sema ma jitlef xejn min jaf jieħu sehem; bil-maqlub, isir allura veru dixxiplu ta’ Kristu, li għalina sar fqir, biex jirrendina lkoll għonja (cf. 2Kor 8,9).

L-eżistenza tan-nisrtani f’dijaspora għandha tkun sostnuta mill-koxjenza li jappartieni għal komunità kbira ta’ bnedmin, għall-poplu ta’ Alla miġbur mill-popli kollha ta’ din l-art. Ukoll fit-“tixrid” intom flimkien mas-saċerdoti u l-Isqfijiet magħqudin f’forom multipli mal-Knisja universali. Għalhekk inqis grajja ta’ ferħ kbir li nistà, bħala Isqof ta’ Ruma, inkun f’nofskom illum, fit-tieni jum taż-żjara tiegħi fil-Ġermanja, propju f’din is-sedja episkopali konnessa sat-truf estremi tat-Tramuntana tal-Ewropa, u tiċċelebra magħkom l-Ewkaristija Mqaddsa.

L-Ewkaristija tfisser azzjoni ta’ grazzi tal-komunità kredenti lill-Mulej “f’komunjoni mal-Knisja kollha”, bħal ma nitolbu fl-ewwel kanoni tal-quddiesa. Illum irridu, flimkien mal-kredenti kollha f’Alla, niżżuh ħajr għad-doni kollha li bihjom ikkonferma u kkonsolida il-fidi tagħkom u l-imħabba tagħkom għall-Knisja ukoll f’ċirkostanzi diffiċli u żminijiet ta’ provi iebsen. L-istess ċelebrazzjoni tal-quddiesa hija sors bla tarf ta’ qawwa għall-ħajja reliġjuża u l-konsolidament ta’ kull nisrani fil-fidi. Hija tikkonserva u titmà lill-komunjoni tagħna ma’ Kristu permezz tal-komunjoni ħajja mal-ġisem mistiku tiegħu, li huwa l-Knisja.

Ugwalment, meta fit-tqarbin imqaddes jinqasam il-ħobż u offrut ġismu, aħna ngħixu u nwettqu b’mod ċar u perċettibli l-unità l-iktar intima mal-ġisem ta’ Kristu, il-komunjoni tal-kredenti kollha. Agħmlu llum, bi gratitudni ferrieħa, koxjenza ġdida ta’ din l-unità profonda u intima tal-Knisja kollha ‘il hemm minn kull fruntiera u limitu uman! Ġorru din il-koxjenza bħala teżor prezzjuż, fil-viċinanzi tagħkom, fil-familji tagħkom! Infatti, bħala kredenti, qatt m’intom “ftit”, qatt “weħidkom”, imma dejjem magħqudin ma’ “ħafna” li fid-dinja wiesgħa isegwu magħkom lil Kristu fil-fidi u s-sies tal-fiduċja tagħna. Huwa jbierek lilkom u lill-familji tagħkom u jiggwida l-pellegrinaġġ tagħkom ta’ kattoliċi sad-destinazzjoni eterna tagħkom,  il-laqgħa definittiva tal-kredenti kollha mit-tixrid ta’ din id-dinja għal art twelidna unika fis-saltna eterna tiegħu. Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb