Inizjattiva mir-refuġjati nfushom

Print Friendly, PDF & Email

Ir-Refuġjati, u l-immigranti joħolqu kommunitajiet li jieħdu ħsieb u li jaqsmu

Ir-refuġajti u l-immigranti spiss jiġu akkużati li joħolqu problemi fis-soċjetajiet ospitanti, iżda s-Servizz tar-Refuġjati tal-Ġiżwiti (JRS) juri li huma kapaċi jiffurmaw kommunitajiet li jieħdu ħsieb u li jaqsmu kollox flimkien. Il-Kardinal Filippin, Luis Antonio Tagle, l-Prefett  tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, għamel dan il-kumment waqt avveniment virtwali liċ-Ċentro Astalli, fergħa Taljana tal-JRS, fejn ġie organizzat biex jippreżanta r-rapport Annwali għas-Sena 2021.

Is-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS) ġie stabbilit fl-1980, biex jakkumpanja, jservi, jiddefendi u jippromwovi d-drittijiet tar-refuġjati u l-persuni spostati madwar id-dinja. F’dan ir-rigward, is-sena l-oħra, ċ-Ċentro Astalli, għen ‘il fuq minn sbattax-il elf refuġjat u dawk li fittxew l-ażil permezz ta’ 8 ċentri tiegħu madwar il-pajjiż. Ir-rapport, li jipprovdi ċifri għall-2020, 40 sena mit-twaqqif tal-JRS, iddeskriva d-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom ir-refuġjati u dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil, bit-tama ta’ protezzjoni, aċċetazzjoni u integrazzjoni fil-pajjiż. Skond ir-rapport, il-pandemija ħarġet il-lakuni fis-sistemi tas-saħħa u l-benesseri tal-pajjiż, fejn ir-riżorsi nqatgħu mingħajr investiment ġdid għal snin sħaħ.

“Għalija, d-dokument ippreżentat illum miċ-Ċentro Astalli huwa xhieda ta’ umanità, att ta’ mħabba u kompassjoni, milli sempliċi rapport ta’ attivitajiet,” innota l-Kardinal Tagle fir-rimarki tiegħu. “L-immigrant, b’mod speċjali dak li huwa mġiegħel jitlaq pajjiżu, jista’ jirrakkonta l-istorja tiegħu. Nistgħu nisimgħu l-għajjat tal-familji li jisseparaw waqt li jkunu qed jaħarbu mill-perikli, u nistgħu anke nesperjenzaw il-biżgħat tagħhom, huma u jaqsmu l-ibħra u l-artijiet għal futur mhux magħruf,” stqarr il-Kardinal, li huwa wkoll il-president tal-Caritas Internazzjonali, li tiġbor il-karitajiet Kattoliċi mad-dinja kollha. “Meta jaslu f’pajjiż ġdid, dan iġġib miegħu piżijiet ġodda, inċertezzi, rifjut u manipulazzjoni”.

Il-Kardinal ta’ 63 sena qal, li “l-migranti, huma pontijiet umani, u l-esperjenza taċ-Ċentro Astalli wriet ukoll li l-immigranti li jaslu l-Italja wkoll jistgħu joħolqu pontijiet soċjali”. Bosta refuġjati u immigranti li jaslu f’sitwazzjonijiet prekarji, waqgħu saħansitra aktar fil-fond fil-faqar. Wara vjaġġi twal eżawrjenti, r-rapport juri, li dawn ta’ spiss jaslu lejn it-tmiem, minħabba regolarmenti u proċeduri li spiss huma diskriminatorji u burokratiċi. Għalhekk, ħafna jieqfu milli jasserixxu d-drittijiet tagħhom. 

Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHR) jistma li madwar 80 miljun persuna ġew sfurzati jaħarbu minħabba l-vjolenza, mid-dittatorjat u minn tbatijiet kbar soċjali u ekonomiċi f’pajjiżhom, Madwar nofshom huma taħt it-18-il sena.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-04/centro-astalli-jrs-report-2021-refugees-migrants-italy.html

%d bloggers like this: