Sparaw u ferew lill-Isqof fis-Sudan t’Isfel.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jitlob għall-Isqof elett tas-Sudan t’Isfel li sparawlu

Il-Ħadd filgħaxija, rġiel armati u mhux magħrufa sparaw u ferew lill-Isqof elett tad-Djoċesi Kattolika Rumbek tas-Sudan t’Isfel. Fr Christian Carlassare, Missjunarju Comboni,  spiċċa fil-mira ta’ dan l-attakk li seħħ fir-residenza tiegħu. Dawn l-irġiel armati bdew jisparaw fuq il-bieb ta-sodda tiegħu. Meta Fr Christian fetaħ u ħareġ, dawn sparawlu fiż-żewġ saqajn.

“Għall-ħabta tas-1 ta’ filgħodu, ġew xi nies u pruvaw jidħlu ġewwa. Huma bdew jisparaw fuq il-bieb. Meta ftaħt il-bieb, ħriġt u staqsejthom xi jridu, huma bdew jisparaw f’saqajja”. Hekk irrakkonta Dun Carlassare, lill-midja lokali. L-Isqof elett, dak il-ħin ittajjar lejn Nairobi għall-kura. “Itolbu għalija, u itolbu għan-nies ta’ Rumbek. Aħna naħfru wkoll lil dawk li wetqu dan it-tip t’azzjoni. Aħna mhu ħa nżommu l-ebda mibegħda”, qal Dun Carlassare. Ħadd fis-Sudan t’Isfel ma jidher li jaf eżattament il-motivi rejali tal-isparaturi. 

Id-Direttur tal-Uffiċju Stampa tal-Vatikan, Matteo Bruni, kkonferma ma’ Vatican News li l-Papa Franġisku kien konxju tal-isparatura u talab għal Dun Carlassare u l-poplu tas-Sudan t’Isfel.

Id-Direttur tal-Iskola La Salle ta’ Rumbek, Brother Joseph Alak, riċentiment qal lil Vatican News “li m’hemm l-ebda ġlied bħalissa. Il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied qed jinżamm. Nittamaw li l-paċi tibqa’ għal żmien twil. In-nuqqas ta’ kunflitt armat huwa aħjar minn ritorn għall-gwerra. Aħna nittamaw għall-futur” kien qal Brother Alak. Grazzi għat-tmiem tal-gwerra, l-Brother ta’ La Salle u l-komunità ta’ Rumbek fetħu skola għas-subien. Sfortunatament, fis-Sudan t’Isfel għad hemm ħafna armi tan-nar f’idejn bosta rġiel żgħażagħ.

F’Ħadd il-Għid, hekk kif is-Sudan t’Isfel għamel passi tentattive lejn it-tilqim ta’ wħud mill-ħaddiema tas-saħħa tiegħu kontra l-Covid-19, l-Arċisqof Stephen Ameyu Martin Mula, tal-Arċidjoċesi ta’ Juba, talab li l-Għid iġib lis-Sudan t’Isfel, spirtu ta’ maħfra.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-bishop-carlassare-bishop-elect-south-sudan-attack.html