Ministeru ġdid għall-katekisti fil-Knisja Kattolika

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Mejju, il-Papa Franġisku stabilixxa ministeru ġdid, dak ta’ katekisti fil-Knisja Kattolika. F’Ittra Appostolika bl-isem ta’ Antiquum Ministerium, il-Papa spjega li dan il-ministeru mhu se jnaqqas b’ebda mod il-missjoni tal-Isqof, li hu l-katekist primarju fid-djoċesi. Il-ministeru se jirrikonoxxi lil dawk il-lajċi, nisa u rġiel li bil-Magħmudija tagħhom huma msejħa biex ikunu sehem fil-ħidma tal-katekeżi. Madwar 3 miljun katekisti minn madwar id-dinja se jkunu jistgħu jiġu milqugħa f’dan il-ministeru mill-Isqof tal-post.

Il-Papa qal li ħafna l-katekisti dedikati u kompetenti qed jagħmlu missjoni imprezzabbli mad-dinja kollha biex iwasslu u jsaħħu l-fidi. Komunitajiet remoti, bħal fl-Amażonja, jistrieħu fuq lajċi minħabba n-nuqqas ta’ saċerdoti. Il-Papa stieden lill-konferenzi episkopali biex jimplimentaw il-ministeru ta’ katekisti billi jiddeterminaw il-proċess neċessarju għall-formazzjoni u l-kriterji għad-dħul f’dan il-ministeru. Stedinhom jippjanaw l-aħjar forom ta’ servizz li dawn l-irġiel u nisa se jkunu msejħa biex iwettqu b’konformità mal-kontenut tal-Ittra Appostolika.

“Illum ukoll,” qal il-Papa, “l-Ispirtu s-Santu qed isejjaħ irġiel u nisa biex joħorġu u jiltaqgħu ma dawk li qed jistennew li jiskorpru s-sbuħija, it-tjubija u l-verità tal-fidi Nisranija.

https://www.americamagazine.org/faith/2021/05/11/pope-francis-lay-ministry-catechist-240630?fbclid=IwAR1946_ih1YN0nsQO-nobxmLyHB0EmCZkRnWrwcHURk98re01iz1Uv7nkTk

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: