Ġwanni Pawlu II fl-Anniversarju tal-mewt ta’ Simon Bolivar

QUDDIESA GĦALL-150° ANNIVERSARJU TAL-MEWT TA’ SIMÓN BOLÍVAR

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Kappella Sistina, 17 ta’ Diċembru 1980

Għeżież ħuti,

1. F’dan l-isfond suġġestiv tal-Kappella Sistina, inġbarna biex niċċelebraw l-Ewkaristija, f’data li tant tfisser għalikom hawn preżenti, rappreżentanti ta’ diversi Pajjiżi latinoamerikani u membri tal-komunità latinoamerikana residenti f’Ruma.

Ridtu tiltaqgħu madwar l-altar, flimkien mas-Suċċessur ta’ Pietru, fl-anniversarju tal-150 sena mill-Mewt ta’ Simon Bolivar, hekk bħal ma għamlu l-antenati tagħkom mal-predeċessur tiegħi Piju XI, fl-anniversarju taċ-ċentinarju tal-istess avveniment.

F’din iċ-ċirkostanza singularli, li tfakkar mill-ġdid il-figura li għollejtu għal eroj, ningħaqad bil-qalb magħkom f’qima lill-istorja umana u nisranija tagħkom, hekk kif lill-Pajjiżi rispettivi tagħkom, li fihom jgħix prorzjon magħżul tal-Knisja ta’ Alla f’pellegrinaġġ lejn il-Missier. Dawn huma l-Pajjiżi li fihom għadda ħajtu u l-enerġiji tiegħu il-Ħellies, li miegħu b’mod istintiv jiġi assoċjat l-isem ta’ José de San Martin – biex insemmi wieħed biss – b’mod speċjali wara l-laqgħa storika li t-tnejn kellhom fi Guayaquil.

2. Din mhix biex hawn inwettqu att akkademiku ad unur ta’ persuna distinta, imma biex nirriflettu, minn ottika nisranija, matul dan l-att liturġiku ta’ għaqda ma’ Alla u ta’ komunjoni mal-aħwa, dwar xi wħud mill-lezzjonijiet ta’ futur li l-kommemorazzjoni tallum tafdalna bħala wirt u li jmorru ‘l hemm mill-fruntieri tan-Nazzjonijiet tal-essenza pura bolivarjana.

3. Infatti, l-ispirazzjoni għall-għaqda fl-intern tal “Patrija l-Kbira” jew tal-konfederazzjoni Amerikana – li kienet il-ħolma l-kbira tal-ħalliem tal-indipendenza ta’ parti kbira min-Nazzjonijiet tagħkom –, u li kellha tirrispetta id-diversità tal-Istati differenti, tikkostitwixxi sejħa integranti li tikkonsulta n-nisrani sabiex ikun jaf jiddixxerna bi kriterji ġusti u sereni.

Ma nistgħux niċħdu, b’mod effettiv, li għall-konsolidament tal-paċi, għal żvilupp ekonomiku iktar effikaċi u armoniku, għal arrikkiment kulturali u spiritwali  ikbar  hekk biex tkun tistà ssib post ta’ dinjità konvenjenti fil-qasam internazzjonali, iżżomm rwol ferm important l-ħila li tassoċja b’mod adegwat popli differenti, imqanqla minn impuls ta’ komplimentarjetà silidali.

4.Il-Knisja mhijiex indifferenti għal din il-problema, imma tassumiha u safejn jiddeppendi minnha, tiffavoriha bil-kollaborazzjoni attiva tagħha. Għalhekk, jien stess mhux wisq żmien ilu għidt lill-Episkopat Latinoamerikan li “Bħal ma turi l-istorja b’eżempji elokwenti (il-Knisja) kienet fl-Amerka Latina l-iktar fattur vigoruż ta’ għaqda u ta’ laqgħa fost il-popli. Komplu mela offru l-kontribut tagħkom, għeżież rgħajja, għall-kawża tal-ġustizzja, għal integrazzjoni mifhuma sewwa latinoamerikana, bħala servizz mimli tama għall-għaqda” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio in urbe flumenianuarensi ad Consilium episcopale Latinum americanum habita, die 8 iul. 1980: vide supra, p. 40).

Waqt li titlaq minn viżjoni tal-fratellanza universali tal-bnedmin taħt il-paternità divina – fratellanza li ssib it-twettiq sublimi fis-sehem tal-istess mejda ewkaristika – u tar-riespett dinamiku lejn il-vokazzjoni integrali tal-esseri uman u tal-manifestazzjonijiet tiegħu reliġjużi, soċjali u kulturali, il-Knisja hija konxja sewwa tal-irwol armonizzat li tistà teżerċita b’mod speċjali f’soċjetà bħal tagħkom, fejn il-maġġoranza taċ-ċittradini huwa marbuta b’mod strett mill-irbit komuni ta’ fidi, ta’ lsien u ta; kultura.

Għal dan l-iskop, l-Episkopat Latinamerikan, bħala mudell adegwat ta’ għaqda ekkleżjali u soċjali fl-interventi tiegħu kollettivi, jipproklama fid-Dokument ta’ Puebla: “Il-Knisja… tħares b’sodisfazzjon lejn l-istimuli tal-umanità lejn l-integrazzjoni u l-komunjoni universali. Bis-saħħa tal-missjoni speċifika tagħha, tħossha mibgħuta, mhux biex teqred, imma biex tgħin il-kulturi biex jissaħħu fl-esseri u fl-identità propji, waqt li ssejjaħ lill-bnedmin tar-razez u l-popli kollha biex jinġabru, għall-fidi, taħt Kristu fl-istess poplu uniku ta’ Alla” (Puebla, 425). Din hija unjoni li mela tmur ‘il hemm mill-aspett purament reliġjuż, mingħajr ma tippretendi s-sempliċi uniformità, mingħajr ma tassorbi l-kulturi differenti u linqas tiffavorixxi d-dominju ta’ poplu jew ta’ settur soċjali fuq l-oħrajn. Imma mingħajr linqas ma rrinunzjat għal dik l-integrazzjoni ġusta, fil-viżjoni “ta’ patrija kbira Latinamerikana u ta’ integrazzjoni universali” (Ivi, 428).

F’din it-triq ta’ solidarjetà integranti jixirqilhom apprezzament u inkuraġġiment l-isforzi mwettqa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Reġġjonali tal-Amerika Latina, li jippruvaw jippromwovu u li jagħtu konkretezza effikaċi lil dan il-kurrent unifikatriċi fil-kontinent Latinamerikan.

5. L-imħabba għal-libertà hija punt ieħor minn dawk ta’ riflessjoni li jiġi offrut lilna mit-tifkira attwali. Dik ix-xewqa biex jitwaqqaf Nazzjon kbir, “iktar għal-libertà u l-glora milli għall-estensjoni u r-rikkezza tiegħu” (Carta de Bolivar, Kingston, die 6 sept. 1815) hija sfida ta’ validità perpetwa għan-nazzjonijiet u l-popli tal-Amerika Latina.

Madankollu, megħluba l-fażi libertarja li laħqet il-quċċata tagħha fl-indipendenza, issa jmiss li bil-mod il-mod jinbnew spazji effettivi ta’ libertà awtentika. Libertà f’armonija mal-liġi divina, fi klima ta’ solidarjetà, ta’ ġustizzja ġeneralizzata, ta’ rispett tad-drittijiet ta’ kull komunità politika, ta’ kull assoċjazzjoni leġittma, ta’ kull settur soċjali jew familja. U bħala sies ta’ dan kollu, ir-rispett tad-drittijiet sagri ta’ kull persuna u tar-rapport tagħha espliċitu ma’ Alla, kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku.

Is-sejħa għal dan il-bini tal-libertà għadu jsib eku effikaċi – bħal ma b’mod insistenti tgħallem il-Knisja – fl-għelbien ta’ dawk is-sistemi ekonomiċi u ideoloġiċi li mhumiex għas-servizz tad-dimensjoni sħiħa tal-bniedem u li jifgawha b’mod inġust: “Huwa fatt magħruf li mhux f’dak kollu li s-sistemi differenti, u wkoll il-bnedmin partikolarment, jaraw u jxerrdu bħala libertà, hemm il-vera libertà tal-bniedem. Mela, b’raġuni maġġura l-Knisja, bis-saħħa tal-missjoni divina tagħha tagħmel lilha nfisha għassiesa ta’ dik il-libertà li hija kondizzjoni u bażi tal-vera dinjità tal-persuna umana” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 12; cf. Ġwanni Pawlu II, Allocutio in III Coetus Generalis Episcoporum Americae Latinae aperitione, die 28 ian. 1979, III, 2-3. Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II [1979] 223-224).

Għalhekk hemm bżonn nagħrfu li din il-libertà personali u soċjali se tibqà ħolma, jekk kull komunità politika ma tafx televa lilha nfisha – bil-livelli kostituzzjonali u l-osservanza prattika tagħhom –, bħala difensur u promotriċi tad-dinjità ta’ kull membru tagħha, billi tgħinu jiżviluppa l-fakultajiet tiegħu, billi tibda bl-evitar ta’ kull forma ta’ inġustizzja jew diskriminazzjoni, realtà li sfortunatament ma tappartinix biss lill-passat (cf. Ġwanni Pawlu II, Epistula ad Conradum Waldheim, Consilii Nationum Unitarium virum a Secretis, die 2 dec. 1978: Tagħlim ta’ Ġwanni Pawlu II, I [1978] 252ss).

6. Fl-isfera ta’ dawn ir-riflessjonijiet, li ovvjament ma jistgħux ikunu eżawrjenti, u li jissuġġerixxu l-okkażjoni tal-laqgħa tagħna, ma rridx nevita referenza mgħaġġla għall-preżenza tas-Santa Sede f’dawk il-waqtiet delikati u traxxendentali tal-istorja tagħkom.

Meta, per eżempju, fil-bidu tas-seklu li għadda, il-gwerer ċivili l-ewwel u t-tribulazzjonijiet tal-indipendenza wara, ħolqu firdiet fil-Knisja u oriġinaw iż-żarmar tas-Sedji Episkopali, is-Santa Sede ipprovdiet, mhux mingħajr diffikultajiet u bi ftehim mad-delegazzjoni ta’ Ignazio Tegada, għall-ħatra ta’ Isqfijiet “propjetarji” li ħadu ħsieb il-ġid spiritwali tal-Kolombia l-kbira.

Dak l-interess għall-kura morali tal-popli tagħkom u għall-promozzjoni tal-ispirti, li kienet prova elokwenti tal-preżenza nkuraġġjanti u ħabiba tal-Knisja, tippersisti b’intensità mġedda fl-għanijiet ta’ din is-Sede Apostolika. Hija tivvalorizza b’mod għoli il-kondizzjoni tagħkom ta’ Nazzjonijiet nobbli u nsara u trid tgħinkom, b’komformità mat-talba leġittima u fidila għall-esiġenzi tal-missjoni propja, sabiex kull wieħed u waħda minn uliedha jitwettqu fil-missjoni doppja tagħhom: terrena u eterna. Dan huwa s-sinifikat l-iktar profond tal-laqgħa tagħna quddiem l-altar tal-Mulej f’din id-data speċjali

7. Lil Kristu, Prinċep tal-paċi u tama tal-popli, bħal ma tippreżentah il-liturġija f’dan il-perijodu tal-Avvent, nafdaw dawn l-aspirazzjonijiet fis-sagrifiċċju ewkaristiku li qegħdin niċċelebraw.

Jalla Alla jmexxi d-destin tal-pajjiżi tagħkom mit-toroq tal-ġustizzja, tal-qbil u tal-onestà morali.

Lill-IMqaddsa Verġni Marija, li lejha jduru b’invokazzjonijiet multipli fiduċjużi l-fidili tal-Amerika Latina, konxji mill-interċessjoni potenti ta’ Omm hekk eċċellenti, intenni għalikom, għan-nazzjonijiet tagħkom u għall-koċittadini tagħkom l-istess supplika li ppronunzjajt pellegrin ġo Tapeyac:  “Agħmel li kulħadd, governanti u ggvernati, jitgħallmu jgħixu fil-paċi, jedukaw ruħhom għall-paċi, jagħmlu dak li tesiġi l-ġustizzja u r-rispett tad-drittijiet ta’ kull bniedem, sabiex il-paċi tikkonsolida ruħha…

Li l-preżenza materna tiegħek fil-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja tinbidel f’sors ta’ ferħ u ta’ libertà għal kull wieħed u waħda u għal kulħadd; sors ta’ dik il-libert li permezz tagħha “Kristu illiberana” (Gal 5,1), u fl-aħħarnett sors ta’ dik il-paċi li d-dinja ma tistax tagħti, imma li tiġi mogħtija biss minnu, Kristu” (Ġwanni PawluII, Homilia in Basilica B.M.V. in urbe “Guadalupe” habita, 5, die 27 ian. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II [1979] 165-166). Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.