Beata Maria Gabriella

1914 – 1939

Imwielda f’Dorgali, ġewwa Sardegna, fl-1914, Maria Sagheddu kienet turi wisq tajjeb it-tip qawwi ta’ razza ta’ ragħajja Ii minnha kienet ġejja, sew f’dawk li huma kwalitajiet pożżittivi bħalma huma I-fedeltà, sens qawwi ta’ dmir, karattru sod, safà li ma ċċedi quddiem xejn, kif ukoll f’dawk negattivi bħal ras iebsa, l-awtonomija u ċertu ħjiel ta’ vjolenza. L-aktar ħaġa li kienet tispikka fit-tfulija u ż-żogħżija tagħha kien il-karattru iebes tagħha, tipiku ta’ niesha.

Fl-eta ta’ 18-il sena kellha laqgħa personali mal-Mulej. Din il-laqgħa, Ii ma nafux eżatt iċ-ċirkustanzi tagħha, biddlitilha ħajjitha għal kollox u wasslitha biex tiddedika ruħha għat-talb u għall-prattika tar-reliġjon Ii kienet tant imħawla f’art twelidha u fil-familja tagħha, kif ukoll biex tiddedika ruħha għal ħidmiet ta’ karita. Din il-laqgħa wasslitha wkoll biex f’qasir żmien tibdel il-karattru diffiċli tagħha b’mod Ii ma tibqax tingħaraf. Hija nkitbet fil-lista tat-tfajliet tal-Azzjoni Kattolika fil-parroċċa tagħha u saret katekista. Ta’ 21 sena ddeċidiet Ii tikkonsagra lilha nfisha kollha kemm hi lil Alla, u, fuq parir tad-direttur spiritwali tagħha, daħlet fil-monasteru tat-Trappisti ġewwa Grottaferrata, qrib Ruma.

Hemmhekk ħajjitha tidher Ii kienet immarkata minn ftit elementi imma tassew essenzjali. L-ewwel waħda, u l-aktar Ii kienet tidher fiha, kien is-sens ta’ gratitudni għall-hniena Ii Alla għoġbu juri magħha meta sejħilha biex tkun kollha kemm hi tiegħu. Sr Maria Gabriella kienet tqis lilha nfisha bħall-iben il-ħali, bħala midinba Ii ġiet imsejha lura fid-dar tal-Missier, u ma kienet kapaċi tgħid xejn aktar ħlief “grazzi”: għas-sejħa għall-ħajja monastika, għad-dar li issa kienet laqgħetha, għas-superjuri tagħha, għal ħutha s-sorijiet, għal kollox. L-aktar kelma fuq xofftejha kienet: “Kemm hu kbir il-Mulej!”. 

It-tieni ħaġa kienet ix-xewqa tagħha Ii twieġeb għal din il-grazzja bil-qawwa u l-hedda kollha ta’ qalbha, b’mod Ii dak Ii kien beda fiha I-Mulej jitwassal għall-milja tiegħu. Dan kien jidher l-ewwel fil-biża’ tagħha Ii tiġi mibgħuta lura d-dar u mbagħad fit-ħeġġa tagħha Ii toffri lilha nfisha għal dejjem fil-professjoni reliġjuża. Wara l-professjoni tagħha ma kellha xejn aktar x’titlob ħlief Ii tgħidlu: “Mulej issa agħmel bija Ii trid int!”. U hu nebbaħha li toffri ħajjitha għall-Għaqda bejn l-Insara – xi ħaġa Ii żgur ma gietx minnha.

II-ħsieb ġieha f’moħħha meta, waqt il-gimgħa ta’ talb għall-Għaqda bejn il-Knejjes Insara, Fr Paul Couturier (+1953), Ii sa mill-1936 kien ilu jaħdem b’risq din il-kawża, għamel sejħa għat-talb u għall-offerta spiritwali. Din is-sejħa mill-ewwel sabet art tajba fiha: “Inħoss li l-Mulej dan qed jitlob minni”.

Sr Maria Gabriella qatt ma kienet studjat il-problema tal-firda fost l-insara jew l-istorja tal-ekumeniżmu u, fil-fatt, ftit Ii xejn kienet taf dwar din il-haġa. Hija kienet maħkuma biss mix-xewqa li l-bnedmin kollha jerġgħu lura lejn Alla u li s-Saltna tiegħu tiddi fil-qalb ta’ kull bniedem. Hija kienet diġa offriet hajjitħa għal dan meta għażlet il-ħajja umli u siekta ta’ soru Trappista biċ-ċaħdiet tagħha ta’ kuljum flimkien max-xogħol iebes u t-talb. Lid-direttur spiritwali kienet kitbitlu b’sempliċita: “F’dak Ii għandu x’jaqsam miegħi, inħoss Ii diġa tajt dak kollu Ii stajt nagħti.” Forsi kien għalhekk li Alla ried jagħmel minnha sinjal Ii jidher ta’ din l-għotja sħiha Ii hu jitlob minn kull nisrani. Ir-rieda ċara li toffri ħajjitha rabtitha aktar ħaġa waħda ma’ Kristu, il-Ħaruf Ii offra lilu nnifsu biex dawk Ii jemmnu fih ikunu haġa waħda bejniethom.

“Missier, ha jkunu ħaga waħda!” II-meditazzjoni tagħha fuq I-għaqda tal-Knisja ssib I-għeruq tagħha proprju fil-vanġelu ta’ San Ġwann, kapitli 17 sa 20, li, fil-ftit snin tal-ħajja monastika tagħha, tant qrathom u reġghet qrathom Ii l-paġni tal-Bibbja tagħha sfaru u tmermru.

II-marda qerrieda li ħakmitha fl-eta ta’ 23 sena, fil-jum stess Ii fih offriet ħajjitha (sa dakinhar kienet tgawdi saħħa perfetta), wasslitha għall-mewt wara ħmistax-il xahar ta’ tbatija. Fit-23 t’April 1939 l-agunija twila tagħha ntemmet fI-abbandun totali għar-rieda tal-Missier. Kien tar-Raghaj it-Tajjeb, u l-vanġelu dakinhar kien jgħid: “Ikun hemm merħla waħda u ragħaj wieħed!”.

Imma x’għamlet Sr Maria Gabriella Ii kien daqshekk straordinarju? Xejn aktar ħlief Ii għexet il-ħajja tagħha bħala soru Trappista b’fedelta sħiha, billi tat lil Alla dak kollu Ii kienet u Ii kellha, xejn aktar u xejn inqas.

Dak li I-Knisja Ilum qed tippreżentalna bħala ġrajja ekumenika ta’ importanza universali hija ċ-ċaħda ta’ din is-soru żagħżugħa ta’ 23 sena li, mingħajr ħafna storbju jew affarijiet straordinarji, imma tħeġġeġ bl-imħabba ta’ Kristu, riedet tgħib għal kollox hi biex hu jkun kollox f’kulħadd.

Il-messaġġ ta’ Sr Maria Gabriella għalina Ilum huwa li jekk aħna rridu nieħdu sehem f’dan il-moviment kbir b’risq I-għaqda bejn I-insara, m’hemmx għalfejn wieħed ikun teologu jew jieħu xi inizjattivi kbar. L-eżempju tagħha jgħallimna Ii dak Ii jgħodd hu Ii wiehed joffri lil Kristu dak it-ftit li hu u Ii għandu: it-talb, ix-xewqa, il-ħajja ta’ kuljum, li wieħed jibdel lilu nnifsu f’ “hobż ewkaristiku”, offerta fl-Offerta.

Dan x’ifisser b’mod konkret? M’hijiex kwistjoni ta’ entużjaimu tal-mument, imma hija t-triq umli ta’ min ma jfittixx aktar lilu nnifsu, imma li jingħata għall-oħrajn: jgħin, ifarraġ, u juri I-valur tal-ohrajn waqt li jfittex li jgħib hu. Hija l-imħabba siekta u attiva ta’ min irid biss iħobb u għalhekk m’għandu xejn aktar li jqisu tiegħu jew Ii jipprova jżommu għalih innifsu. Hija I-ubbidjenza ħelwa u b’qalb sħiha, f’kull ċirkustanza, anke f’dawk l-aktar iebsa, u Ii tidher f’min ma jpoġġi xejn qabel I-imħabba ta’ Kristu u jixtieq biss iwettaq ir-rieda tal-Missier. Hija t-talb li ma jħalli ‘I ħadd barra, li ma jagħtix mistrieh lil Alla, li jikber u jinfirex b’mod Ii jilħaq u jikkonsma I-eżistenza kollha ta’ dak li jkun sabiex Alla jkun imsebbaħ u I-bniedmin kollha jsalvaw. U dan kollu minghajr il-bżonn ta’ xi esperjenza mistika straordinarja jew ta’ xi ħaġa oħra li tiġbed l-attenzjoni, kif turi din iż-żagħżugħa Trappista Ii, min-novizzjat sal-aħħar agunija tagħha, qatt ma kellha ġurnata b’xi “hedda mhux tas-soltu”.

L-offerta ta’ ħajjitha, li għamlet Sr Maria Gabriella, saru jafu biha hutna I-Anglikani diġa qabel ma mietet u ġiet milqugħa tajjeb minn ħafna oħrajn li jħaddnu twemmin differenti. II-monasteru ċkejken tagħha kellu jiftah il-bibien berah biex ikun jista’ jilqa’ fih għadd sabih ta’ vokazzjonijiet Ii ma jaqtgħux u aktar minn hekk kellu jiftah qalbu għall-grazzja u s-sagrifiċċju li jwaqqaf djar ġodda. Hekk il-ħabba tal-qamh li waqgħet fl-art u mietet għadha tagħti l-frott, u jibqgħu miftuħa t-toroq misterjużi tal-Mulej li jwasslu għal dik l-għaqda Ii għaliha Hu talab fil-lejl ta’ qabel miet. Kull wieħed minna huwa msejjaħ biex jagħti s-sehem tiegħu.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm