Ġwanni Pawlu II fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej

Print Friendly, PDF & Email

VISTA LIS- SEMINARJU PONTIFIĊJU FRANĊIŻ

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Festa tal-Magħmudija tal-Mulej
Il-Ħadd, 11 ta’ Jannar 1981

Din iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija tal-Mulej Ġesù tintroduċina b’mod intimu fil-misteru tal-persuna u tal-missjoni ta’ Kristu, Din tintroduċina ugwalment f’feħim aħjar tal-esseri tagħna ta’ nsara, ta’ mgħammdin, u ferm iktar tal-vokazzjoni ta’ saċerdoti jew ta’ futuri saċerdoti tagħna. 

1. Fi tmiem din il-ġimgħa tal-Epifanija, hija propju għall-manifestazzjoni ta’ Kristu, għall-“epifanija” tiegħu, li aħna nassistu, fi żmien tal-Magħmudija tiegħu min-naħa ta’ Ġwanni l-Battista. Fuq ix-xtut tal-Ġordan, Ġesù tħallat mal-midimbin, ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-preżenza tal-Messija fil-penitenza. 

Il-Verb magħmul laħam, minkejja li kien ta’ kondizzjoni divina, maa tkabbarx bil-fatt li kien daqs Alla. Imma ħa fuqu l-kondizzjoni ta’ lsir, billi għamel lilu nnifsu simili għall-bnedmin u rrenda ruħu ubbidjenti (cf. Fil 2,4-8), waqt li għex fil-ġisem biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-poter tal-ġisem. 

U “infetħu s-smewwiet”, jgħid b’mod misterjuż San Mattew. U hekk wera ruħu, għal dawk kollha li għalihom din il-ġrajja spiritwali kienet rivelata u għal dawk li għalihom kien iddestinat ir-rakkont evanġeliku, li mhemm ebda barriera bejn Alla u Ġesù, imma kuntatt immedjat, għaqda totali, “wiċċ imb wiċċ”, u aħna nemmnu li dan huwa hekk minħabba l-Inkarnazzjoni, ladarba huwa l-Verb ta’ Alla, li sar bniedem. 

Il-profeta Iżaija kien tniehed għall-miġja ta’ Alla, minħabba r-rivelazzjoni sħiħa tiegħu, b’dan il-mod kommoventi: “Ah! Li kieku kellek iċċarrat is-smewwiet u tinżel…biex tgħarraf ismek” (Iż 63,19-64,1). Issa ahna nafu l-isem veru ta’ Alla, grazzi għall-Iben. Il-Missier jirrivela ruħu bħala tali billi jindikah bħala “Ibni maħbub”, li fih huwa “qiegħed imħabbtu kollu” Huwa jirrivela lil Ibnu. Huwa issa jippreżentah lid -dinja, billi jibda mid-dixxipli tiegħu. “U x-xhieda ta’ Alla, ix-xhieda li Alla ta ta’ Ibnu”, jgħid San Ġwann (1Ġwv 5,9). Aħna nippenetraw flimkien ma’ Ġesù fil-misteru veru ta’ Alla, dak tat-Trinità Qaddisa. 

Għaliex l-Ispirtu Santu immanifesta ruħu hu wkoll. Huwa niżel fuq Ġesù, bħal ħamiema, dan l-għasfur familjari, simbolu tal-imħabba u tal-paċi, li huwa hawn ix-xbiha ta’ Don perfett li jiġi mill-profondità ta’ Alla. Huwa jesprimi r-rabta ndeskrivibbli li tgħaqqad lil Ġesù ma’ Missieru, u tfisser ukoll li Ġesù jibda pubblikament il-missjoni tiegħu ta’ fidwa f’nofs il-bnedmin bil-qawwa tal-Għoli. Allura aħna mistiedna biex napplikaw lil Ġesù l-profezija ta’ Iżaija li fiha Alla jgħid: “Hawn hu l-Qaddej li jiena nsostni, il-maħbub tiegħi li fih tgħaxxaqt. Qgħedt l-Ispirtu tiegħi fuqu…, qbadtek minn idek, iffurmajtek u ħtartek bħala patt tal-poplu, u dawl tan-nazzjonijiet” (Iż 42,1-6). 

Iva, ejjew naduraw l-Iben tant maħbub f’din l-“epifanija” li s-Santi Padri u b’mod speċjali l-Orjent jiċċelebraw fil-waqt stess tal-manifestazzjoni lill-Maġi ta’ Betlem: dan kien manifest lilna, bis-sema miftuħ, fi ħdan it-Trinità; u kien manifest lilna bħala nvestiment tal-missjoni tiegħu għalina. 

2.L-Iben uniku ta’ Alla jiġi biex jagħmel minna wlied. Il-misteru tal-Magħmudija tiegħu jintroduċina fil-misteru tal-Magħmudija tagħna. “Mill-milja tiegħu aħna lkoll irċivejna grazzja fuq grazzja” (Ġw 1,16). Aħna ġejna mgħammdin, mhux biss fl-ilma, biex inwieġbu għal bżonn ta’ purifikazzjoni, imma fl-Ispirtu li jiġi mill-Għoli u li jagħti l-ħajja ta’ Alla. Konna mgħammdin fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu, biex nidħlu f’għaqda magħhom. Is-smewwiet infetħu, b’xi mod, għal kull wieħed u waħda minna, bil-ministeru tal-Knisja, sabiex nidħlu “fid-dar ta’ Alla”, sabiex nagħrfu l-addozzjoni divina. Aħna nġibu t-timbru għal dejjem, minkejja d-dgħufija u l-indinjità tagħna. Niżżu ħajr, illum, għal dan id-don tal-Magħmudija tagħna, billi nieħdu sehem fil-ħajja ta’ Alla, li tippermettilna nieħdu sehem fil-kult spiritwali ta’ Kristu, fil-missjoni profetika tiegħu, fis-servizz irjali tiegħu, li jikkostitwixxu is-saċerdozju komuni lill-imgħammdin kollha. “Agħraf, nisrani, id-dinjità tiegħek!” Nhar l-ewwel ta’ Ġunju li għadda kont kellimt hekk lill-poplu kollu Franċiż: “Franza, bint maħbuba tal-Knisja, kont fidila għall-wegħdiet tal-Magħmudija tiegħek?” Din il-mistoqsija, illum nagħmilha lil kull wieħed minnkom li tappartienu għall-poplu Franċiż, ukoll jekk qegħdin attwalment tgħixu fid-dijoċesi ta’ Ruma. 

3. U ejjew fl-aħħarnett niżżu ħajr għal din is-sejħa ta’ Kristu biex naqsmu is-sacerdozju ministerjali tiegħu, li jassoċjana b’mod hekk strett mal-missjoni tiegħu ta’ “Qaddej” inawgurata bil-Magħmudija tiegħu. 

Jiena preċiżamen kuntent bil-kbir, illum, li niċċelebra l-Ewkaristija f’Seminarju, li qiegħed nindirizza numru ta’ saċerdoti, u fuq kollox lil dawk li qegħdin iħejju ruħhom għas-saċerdozju, u lil ħbiebhom ta’ Ruma. Ma ninsiex li tirrapreżentaw parti mis-seminaristi ta’ Franza – prattikament wieħed minn kull għaxra – ġejin minn numru kbir ta’ dijoċesijiet ta’ Franza. 

Għeżież ħbieb, tifhmu sewwa l-grazzja li l-Mulej diġa tagħkom? Jiena ġgħelt tidwi fikom is-sejħa tiegħu biex tħallu kollox u ssegwuh, waqt li tistennew li jagħtikom, bit-tqegħid tal-idejn, l-Ispirtu tiegħu li jagħmel minnkom djakni tiegħu u saċerdoti tiegħu. Kif nistà nesprimilkom it-tama kbira li l-Knisja tqiegħed fikom, b’mod speċjali għall-futur tal-Knisja fi Franza? Il-għażiż Kardinal Marty, feliċement preżenti fostkom, jistà jixhidli dan aħjar minn kwalunkwè persuna. U l-Papa jaqsam din it-tama tal-Isqfijiet ta’ Franza, billi jesprimilkom flimkien magħhom il-fiduċja u l-imħabba tagħhom. 

Lil sħabkom tas-Seminarju, ta’ Issy-les-Moulineaux, diġa kelli l-okkażjoni li nesprimi l-ħsieb tiegħi, f’Ġunju li għadda, wara li afdajt lis-saċerdoti, ġo Notre-Dame, l-inkuraġġimenti u l-orjentamenti li ddestinajt lilhom. Jiena ċert li intom qrajtu dawn it-testi, u d-diretturi tagħkom jafu jorjentawkom lejn l-essenzjal. Mela jiena nieħu pjaċir b’xi punti. 

4. Agħmlu hawn l-apprendistat tagħkom ta’ qaddejja ta’ Kristu, li jinħtieġ maturazzjoni spiritwali intellettwali u pastorali twila. Din hija ftit jew wisq l-esperjenza tal-Appostli li l-Mulej assoċja ruħu fiha wara l-Magħmudija tiegħu. 

Hemm bżonn li kull jum tidħlu iktar fl-ispirtu ta’ Kristu, billi titfgħu għeruqkom fih. Dan biex ngħidu safejn tridu tiffamiljarizzaw ruħkom ma Kelmtu, mal-Iskrittura Mqaddsa, timmeditawha: tiffrekwentaw il-Mulej fl-intimità tat-talb – xejn ma jieħu post it-talb personali li mingħajru ħajjitna saċerdotali tinxef –; tgħallmu itolbu flimkien u li jkollkom bdil spiritwali fis-sempliċità kollha; iċċelebraw il-Mulej f’liturġija denja u ħajja, bħal ma jippermettu l-Konċilju  u r-riforma mifhuma sewwa ta’ Pawlu VI; assoċjaw ruħkom fis Sagrifiċċju ta’ Kristu li se jkun il-quċċata u ċ-ċentru tal-ħajja saċerdotali tagħkom ta’ kuljum. Għandkom ukoll tapprofittaw mill-esperjenza tal-awturi spiritwali, ibdew mill-iskejjel tal-ispiritwalità, biex titimgħu il-ħsieb nisrani tagħkom, biex torjentaw u tqawwu l-aġir nisrani tagħkom, biex takkwistaw intom stess l-arti tal-gwida tal-erwieħ, bħal ma fakkart jien fl-ittra lis-saċerdoti ta’ Ħamis ix-Xirka tal-1979. 

5. Tinsabu hawn ukoll biex tirċievu formazzjoni duttrinali solida, fil-friegħi tal-għarfien differenti tejoloġiku, bibbliku, kanoniku, filosofiku. Ma ninsistix, għaliex naħseb li intom konvinti sewwa u nemmen li tafu li tieħdu ħsieb dan. Għandkom mill-banda l-oħra l-okkażjoni li tiddisponu, minn din il-Belt ta’ Ruma, mill-Università u mill-Fakultajiet prominenti differenti, li jesiġu livell għoli ta’ studji u ta’ riċerki: dawn jippermettulkom li tintroduċu ruħkom b’mod ekwilibrat fil-ħsieb kollu tal-Maġisteru tal-Knisja, li tiskopru s-sens profond, li tiffissaw irwieħkom b’fedeltà. Kultant mhux dejjem taraw ir-rabta diretta bejn dawn l-istudji u l-ministeru li se jkun trasferut lilkom, qed naħseb per eżempju għall-bażijiet tal-filosofija li għandha xejn inqas l-importanza tagħha. Imma kunu paċenzjużi. Arrikkixxu r-riflessjoni tagħkom b’elementi u metodi solidi assolutament indispensabbli biex tevitaw lilkom infuskom li tiġu ttrasportati minn kull riħ ta’ duttrina, biex tkunu kapaċi tippridkaw, tgħallmu, tiggwidaw b’mod sikur ir-riflessjoni tal-lajċi nsara fil-labirint tal-kurrenti tal-ideat u tad-drawwiet attwali. Dawn l-istudji Rumani għandhom ukoll jagħtukom il-gost u l-podssibiltà biex tkomplu x-xogħol twil, intellettwali tagħkom ta’ ħajjitkom kollha. Se tkunu bla dubju msejħin għal ministeri differenti, li ma tistgħux tipprevedu u li ma jappartinix lilkom li tagħżlu, imma li jesiġu minnkom formazzjoni solida u kwalifikata. Personalment, bħala Arċisqof ta’ Krakovja u professur f’Lublino, dejjem insistejt fuq dawl l-istudji approfonditi. Dawn jirrikjedu xi sagrifiċċji, imma żgur li jħejjuna għall-futur. Il-problema hi li intom tkunu attenti li tgħaqqdu ħajjitkom intellettwali u ħajjitkom spiritwali. 

6. Fl-aħħarnett, dak kollu li tagħmlu, huwa biex iħejjikom “għall-Hajja apostolika tas-saċerdoti”. Dan jindika l-impuls li għandu janimakom biex twasslu l-Vanġelu lin-nies ta’ żminkom, biex tgħinuhom jilqgħuh f’adeżjoni ta’ fidi li kultant tirrivela ruħha diffiċli, biex tintroduċuhom għat-talb bħala riċeviment fruttuż tas-sagramenti, biex tedukawhom għall-esiġenzi konkreti tal-fidi fl-impenji differenti tagħhom. Dan l-impenn ta’ evanġelizzazzjoni kien u jibqà ad unur ta’ numru kbir ta’ saċerdoti Franċiżi: nittama li intom tkunu fost dawn. Mhux biex tagħmlu l-opra tagħkom, imma biex twasslu għand Ġesù Kristu, u tul it-toroq li trid il-Knisja. Għaliex li tkun saċerdot, se jkun dan, waqt li tipparteċipaw fis-saċerdozju uniku ta’ Kristu, tieħdu sehem fis-saċerdozju tal-Isqof tagħkom, u taħt ir-responsabiltà tiegħu; ifisser tintegraw irwieħkom fil-presbiterju tad-dijoċesijiet tagħkom, b’ħeġġa, fiduċja u umiltà, biex teżerċitaw parti mill-ministeru, dik li tiġi offruta lilkom li għaliha intom għandkom tkunu disponibbli ħafna; se jfisser taħdmu b’mod solidali flimkien ma’ sħabkom, mingħajr ma tabdikaw għal ebda esiġenzi tal-Knisja integrati fil-formazzjoni tagħkom.Għalissa, l-impenn fl-istudji tagħkom u l-fatt li għadkom mintomx saċerdoti ma jippermettilkomx li tieħdu l-kariga ta’ apostolat, għalkemm ċertu numru minnkom diġa jwasslu l-għajnuna li hija possibbli għalihom lid-dijoċesijiet ta’ Ruma. Imma minkejja dan, intom ilkoll għandkom tkunu konċernati dwar irbit veru u fiduċjuż mal-Isqof tagħkom, tibqgħu miftuħin tassew umilment għall-bżonnijiet spiritwali li għalihom għada tridu twieġbu, Għall-impenji apostoliċi ta’ ħutkom Franċiżi, u speċjalment tal-Isqfijiet li għandhom ir-responsabiltà tal evanġelizzazzjoni. L-apprendistat ta’ triq ekkleżjali għandu jerġàè jagħmel grazzi għall-kwalità tal-ħajja komunitarja tagħkom, f’dan is-Seminarju ta’ Santa Chiara, ta’ ħajjitkom fraterna, tal-attitudni tagħkom biex jaċċettawkom differenti u biex tgħixu fi grupp, imdawrin lejn l-istess oġġettiv: il-missjoni tal-Knisja. 

Tiftakru kif Iżaija ddisinja ftit ilu l-figura tal-Qaddej: “Ma jgħajjatx…qasba mgħawġa ma jiksirhiex, ma jitfix ftila ta’ fjamma mejta, ixandar id-dritt b’qawwa; ma jiġix nieqes”. Tistgħu tkunu intom dawn il-qaddejja bla biżà, sodi u ħanina fl-istess ħin. U tqanqlu kandidati oħra għas-saċerdozju. Ah, għeżież żgħażagħ, it-talb tagħkom, l-eżempju tagħkom, id-dinamiżmu tagħkom għas-servizz tal-Knisja, il-ferħ tagħkom li taqdu lil Kristu jistgħu tant jiksbu mingħand Alla l-vokazzjonijiet li l-Knisja inġenerali, li l-Knisja fi Franza għandha bżonn vitali! 

Fl-aħħarnettn huwa meħtieġ li nżid li hawn, f’Ruma, intom għandkom il-possibiltà li tistgħu tgħaqqdu ma’ dan is-sens pastorali, mal-imħabba tal-Knisja lokali tagħkom, il-ftuħ għal Knejjes lokali oħra li tagħhom tqarrbu hawn il-membri, u l-preokkupazzjoni tal-ħieġa tagħhom tal-għaqda fil-Knisja universali, f’komunjoni mal-Papa? Jiena żgur li intom tgħassu b’qawwa dan l-attakkament f’Ruma, għas-suċċessur ta’ Pietru, u li tgħinu dejjem il-komunitajiet insara tagħkom biex jgħixuh, sabiex it-trobbija tagħkom topera ruħha fil-fedeltà tal-fidi u fl-armonija tal-Ġisem kollu ta’ Kristu. 

7. Għeżież ħbieb, din il-formazzjoni se tkun il-frott ta’ sforzi perseveranti li jien nixtieq ninkoraġġixxi. Intom twettquhom bl-għajnuna tad-diretturi u l-professuri ta’ din id-dar, tal-kunsillieri spiritwali tagħkom. Nixtieq niżżi ħajr vivament u nirrendi qima lill-Kongregazzjoni tas-Santi Padri għall-animazzjoni ta’ dan is-Seminarju pontifiċju mill-fundazzjoni tiegħu. 

Fit-triq tas-saċerdozju, ir-ruħ tal-progress tagħkom se tkun fl-aħħar analisi tal-Ispirtu Santu, dak li niżel fuq Ġesù fl-okkażjoni tal-Magħmudija tiegħu u fil-bidu tal-missjoni tiegħu, Ejjew nitolbu lil dan l-Ispirtu Santu għalikom. Intom dan se tagħmluh għalija wkoll. U dan, dejjem f’għaqda mal-Verġni Santissma, hekk disponibbli għall-Ispirtu Santu, Marija Immakulata, li lilha hija kkonsagrata darkom, u li lejha intom tħarsu bit-titolu ġust ta’ “Tutela domus”. Hija żgur tmexxikom lejn Ġesù, lejn is-Salvatur, sabiex intom issiru, bħala saċerdoti, il-qaddejja ta’ mħabbtu.

Amen. 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: