Ġwanni Pawlu II waqt Viżta Pastorali f’parroċċa

VISTA PASTORALI LILL-PARROĊĊA RUMANA
TA’ S. GIUSEPPE AL TRIONFALE

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 1981

1. “Grazzja lilkom u paċi mingħand Alla Missierna u mingħand Sidna Ġersù Kristu ” (1 Kor 1,3).

B’dan il-kliem, li bih l-Appostlu Pawlu sellem lill-Knisja f’Korintu, insellem illum lill-parroċċa tagħkom. Din hija l-ewwel parroċċa li ingħatali li nżur l-ewwel waħda f’din is-sena, is-sena tal-Mulej 1981. Din hija ddedikata lil San Ġużepp bħala Patrun – li huwa mottiv ieħor tal-ferħ tiegħi –. Aħna lkoll għadna ngħixu fil-klima spiritwali tal-Milied, li miegħu hija marbuta b’mod hekk strett il-figura ta’ San Ġużepp. U propju miegħu niltaqgħu fil-lejl ta’ Betlem ħdejn Marija u l-imwieled Bambin. Propju hu huwa dak il-bniedem providenzjali, li lilu l-Missier ċelesti afda l-attenzjoni speċjali ta’ Ibnu fuq l-art. Huwa għasses lil Ġesù u lil Ommu, meta kellu jaħrab fl-Eġittu. Kien fid-dar Nażżaritana li Ġesù għadda moħbija, jaħdem sa minn żgħożitu maġemb il-mastrudaxxa Ġużeppi, Għalhekk ukoll il-Knisja kollha tagħti l-fiduċja partikolari tagħha u l-qima lil San Ġużepp. Nifraħ minħabba l-fatt li l-parroċċa tagħkom għażlitu bħala Patrun tagħha u fl-okkażjoni taż-żjara tallum nixtieq nirrakkomanda lilu lilkom ilkoll u l-Komunità kollha tagħkom, billi ntenni l-kliem ta’ Pawlu: “Grazzja lilkom u paċi ta’ Missierkom u tal-Mulej Ġesù Kristu” (1 Kor 1,3).

2.It-tislima tiegħi, għalhekk, tmur lill-Komunità parrokkjali. B’mod speċjali nieħu gost insellem l-ewwelnett lill-Kardinal Vigarju, responsabbli mill-pastorali dijoċeżana kollha, u mbagħad lill-Isqof taż-Zona, Mons. Remigio Ragonesi, l-Isqof awżiljarju l-ġdid ta’ Ruma, Mons.Alessandro Plotti, il-kappillan żelanti flimkien mal-kollaboraturi tiegħu, li jappartienu lis-Servi tal-Karità tal-opra li jixirqilha tifħir Dun Guanella. Flimkien mar-Rgħajja insellem ukoll lir-rappreżentanti tad-diversi familji reliġjużi, maskili u femminili, operanti fil-parroċċa, Imbagħad irrid nirriserva riferenza speċjali lill-membri tal-Assoċjazzjonijiet Kattoliċi kollha, li huma impenjati b’mod ħaj fil-qasam ta’ din il-Komunità f’inizjattivi pastorali differenti. Il-parroċċa ta’ San Giuseppe al-Trionfale tgħodd iktar minn tletin elf abitant.

Għalhekk il-problemi tagħha huma bosta. Imma nafda fis-sehem responsabbli ta’ kulħadd biex flimkien jiffaċċjaw u jsolvu il-bżonnijiet multipli pastorali, fi spirtu ta’ komunjoni u ta’ twettiq dinamiku tal-identità nisranija propja ibbażata fuq il-Magħmudija. Indur b’mod partikolari fuq iż-żgħażagħ sabiex jindirizzaw lejn l-ideali għoljin tal-ħajja ekkleżjali l-entużjażmu tagħhom u l-intelliġenza. Tagħhom. Lill-morda, imbagħad, lil min nassigura is-sehem ta’ mħabba tiegħi għall-istat tal-mard tagħhom, nitlob li joffru t-tbatijiet tagħhom għall-ġid ta’ kulħadd u għal xhieda effikaċi tal-Vanġelu fid-dinja tallum. U nafda għar-rikompensa tal-Mulej dak kollu li kull wieħed u waħda minnkom b’mod attiv twettqu bħala membri tal-ġisem ta’ Kristu li huwa l-Knisja.

3. Iż-żmien tal-Milied, li għexna ftit ilu, ġedded fina l-għarfien li “il-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1,14). Dan l-għarfien ma jabbandunana qatt; bdanakollu f’dan il-perijodu dan isir partikolarment ħaj u espressiv. Isir il-kontenut tal-liturġija, imma wkoll il-kontenut tad-drawwa nisranija, familjari u soċjali. Inħejju ruħna dejjem għal dak il-lejl qaddis tat-twelid temporali ta’ Alla permezz tal-Avvent, hekk kif xandar is-Salm responsorjali tallum:
“Ittamajt: ittamajt fil-Mulej u hu fuqi baxxa, semà l-karba tiegħi” (Sal 40,2).

Hija ta’ min jammiraha din it-tbaxxija tal-Mulej fuq il-bnedmin. Waqt li sar bniedem, u fuq kollox bħala tarbija indifiża, jagħmel iva li pjuttost aħna nbaxxu lilna nfusna fuqu, hekk bħal Marija u Ġużeppi, bħar-rgħajja, u mbagħad it-tliet magi tal-Lvant. Inbaxxu b’qima, imma wkoll b’tenerezza. Fit-twelid dinji ta’ Ibnu, Alla tant “jadatta” ruħu għall-bniedem li saħansitra jsir “bniedem””!

U appuntu dan il-fatt – jekk insegwu t-trama tas-salm – “qegħdilna fuq fommna kantiku ġdid, tifħir lil Alla tagħna” (Sal 40,4).

Liema freskezza tinħass fl-innijiet tal-Milied! Kemm nesprimu l-qorbien ta’ Alla, li sar bniedem u tarbija dgħajfa! Jalla qatt ma nitilfu s-sens profond ta’ dan il-misteru!

Jalla nżommuh dejjem ħaj, hekk kif trażmettewh lilna l-qaddisin il-kbar – u hawn taħt is-sema Taljana b’mod partikolari San Franġisk ta’ Assisi. Dan huwa ferm important, għeżiez ħuti: minn dan jiddependi l-mod li bih se nħarsu aħna stess u kull bniedem, kif se ngħixu din l-umanità tagħna!

Jesprimih ukoll Iżaija il-profeta meta jxandar fl-ewwel qari tallum: Alla kien il-qawwa tiegħi” (Iżs 49,5). U fit-tieni qari San Pawl idur lejn il-Korintin – u fl-istess ħin b’mod indirett lejna – kif għal dawk “li kienu mqaddsa fi Kristu Ġesù, imsejħa biex ikunu qaddisin” (1Kor 1,2).

Ejjew naħsbu għalina, fid-dawl ta’ dan il-kliem! Kull wieħed u waħda minna naħsbu għalina u hekk b’mod mutwu naħsbu f’xulxin! U infatti mill-ġdid il-Konċilju riċenti fakkarna l-vokazzjoni tagħna lkoll għall-qdusija. Din hija l-propja vokazzjoni tagħna f’Ġesù Kristu! U hija don essenzjali tat-twelid temporali ta’ Alla, Waqt li jitwieled bħala bniedem, l-Iben ta’ Alla jistqarr d-dinjità tal-esseri uman – u fl-istess ħin jirreġistra fih sejħa ġdida, is-sejħa għall-qdusija!

4. Min hu Ġesù Kristu?

Dak li twieled fil-lejl ta’ Betlem. Dak li kien irrivelat lir-rgħajja u lill-Maġi tal-Lvant. Imma l-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd mill-ġdid għal darb’oħra jmexxina lejn xtut il-Ġordan fejn, tletin sena wara t-twelid, Ġwanni l-Battista jħejji l-bnedmin għall-miġja tiegħu.

U meta jara lil Ġesù “riesaq lejh” jgħid; “Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, hawn hu dak li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1,29).

Ġwanni jiddikjara li fil-Ġordan jgħammed “bl-ilma għaliex hu – Ġesù ta’ Nażżaret – kien se jgħarraf lilu nnifsu lill-Iżrael” (Ġw 1,31).

Aħna mdorrijin bil-kliem: “Ħaruf ta’ Alla”. U bdanakollu dan huwa dejjem kliem meraviljuż, misterjuż, kliem qawwi.Kif setgħu jifhmuh is-semmiegħa ta’ Ġwanni – li kien jagħrfu s-sagrifiċċju tal-ħaruf marbut mal-lejl tal-esodu ta’ Iżrael mill-iskjavitù tal-Eġittu!

Il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja!

Il-versetti addizzjonali tas-Salm responsorjali tallum jispjegaw b’mod iktar sħiħ dak li kien irrivelat fil-Ġordan permezz ta’ kliem Ġwanni l-Battista, u li diġa kien imbeda fil-lejl ta’ Betlem. Is-Salm idur lejn Alla bil-kliem tas-salmista, imma b’mod indirett huwa jirraporta l-kliem tal-Iben etern li sar bniedem:
“Sagrifiċċju u offerta ma jogħġbukx, / widnejja ftaħtli / Ma tlabtx olokawst u vittma għall-ħtija. / Allura għidt: “Hawn jien niġi. / Fuq l-iskroll tal-ktieb dwari hemm miktub / li jien nagħmel ir-rieda tiegħek. / Alla tiegħi, dan jien nixtieq” (Sal 40,7-9).

Hekk jitkellem, bil-kliem tas-Salm, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem. L-istess verità jilqà Ġwanni fil-Ġordan meta jindikah u jgħajjat:
“Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, hawn hu dak li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1,29).

5. Hekk, għeżież ħuti konna “mqaddsa fi Kristu Ġesù”. U aħna “msejħin biex inkunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha li f’kull imkien isejħu l-isem tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu” (1 Kor 1,2).

Ġesù Kristu huwa l-Ħaruf ta’ Alla, li jgħid dwaru stess: “Alla tiegħi, jien nixtieq nagħmel ir-rieda tiegħek, il-liġi tiegħek tinsab fil-profond ta’ qalbi” (cf. Sal 40,9).

Xinhi l-qdusija? Hija appuntu l-ferħ li tagħmel ir-rieda ta’ Alla.

Dan il-ferħ jiġi sperimentat mill-bniedem permezz ta’ attività kostanti fuqu nnifsu, permezz tal-fedeltà lejn il-liġi Divina, lejn il-kmandamenti tal-Vanġelu. U wkoll mhux mingħajr iċ-ċaħdiet.

Dan il-ferħ huwa pparteċipat mill-bniedem dejjem u b’mod esklussiv bl-opra ta’ Ġesù Kristu Ħaruf ta’ Alla. Kemm hu elokwenti l-fatt li nisimgħu il-kliem ippronunzjat minn Ġwanni ħdejn il-Ġordan, meta għandna nersqu biex nirċievu lil Kristu fi qlubna fit-Tqarbin Ewkaristiku!

Jiġi għandna Dak li jġib il-ferħ li nagħmlu r-rieda ta’ Alla. Dak li jġib il-qdusija.

Il-parroċċa bħala partiċella ħajja tal-Knisja, hija l-komunità, li fiha b’mod kostanti nisimgħu il-kliem: “Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja”. U nħossu b’mod kostanti s-sejħa għall-qdusija. Il-parroċċa hija komunità, li l-iskop ewlieni tagħha huwa li tagħmel minn dik is-sejħa komuni għall-qdusija, li tasal għandna f’Ġesù Kristu, it-triq ta’ kull wieħed u waħda u ta’ kulħadd, it-triq ta’ ħajjitna kollha u fl-istess ħin ta’ kull ġurnata.

6. Ġesù Kristu jġibilna s-sejħa għall-qdusija u kontinwament jirregalalna l-qawwa tas-santifikazzjoni.

Kontinwament jagħtina “l-qawwa li nsiru wlied Alla”, bħal ma tipproklama l-liturġija tallum fil-kant tal-Alleluia.

Din il-qawwa ta’ santifikazzjoni tal-bniedem qawwa kontinwa u bla tmiem, hija d-don tal-Ħaruf ta’ Alla. Ġwanni waqt li jindikah fil-Ġordan jgħid: “Dan huwa l-Iben ta’ Alla” (Ġw 1,4), “huwa dak li jgħammed fl-Ispirtu Santu” (Ġw 1,33), jiġifieri jgħaddasna f’dak l-Ispirtu li Ġwanni jara, waqt li kien jgħammed, “jinżel bħal ħamiema mis-sema u joqgħod fuqu” (Ġw 1,32). Dan kien is-sinjal messjaniku. F’dan is-sinjal Huwa stess, li huwa mimli b’qawwa u bi Spirtu Santu, irrivela ruħu bħala kawża tal-qdusija tagħna: il-Ħaruf ta’ Alla, l-awtur tal-qdusija tagħna.

Ejjew inħallu li Hu jopera fina bil-qawwa tal-Ispirtu Santu!

Ejjew inħallu li Huwa jiggwidana fit-toroq tal-fidi, tat-tama, tal-karità fit-triq tal-qdusija!

Ejjew inħallu li l-Ispirtu Santu – Spirtu ta’ Ġesù Kristu – iġedded il-wiċċ tal-art permezz ta’ kull wieħed u waħda minna!

B’dan il-mod, ħajjitna kollha tidwi bil-kant tal-Milied.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.