Għajnuna mill-Papa

Il-Papa joffri għajnuna lill-karità Kattolika fin-nofsinhar tal-Italja

“Solidarjetà minfuqa tajjeb” huwa liss-slogan tal-karità Kattolika Emporio della Solidarietà ‘Don Felice Canelli’ promossa mill-Caritas djoċesana ta’ San Severo, belt fl-inħawi ta’ Foggia, li fetħet is-Sibt 12 ta’ Ġunju.

Il-familji kollha f’diffikultà minħabba l-pandemija jistgħu jirċievu l-għajnuna meħtieġa. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm l-Isqof Giovanni Checchinato ta’ San Severo, Mons. Francesco Soddu, direttur tal-Caritas Italiana, Fr. Andrea Pupilla, direttur tal-Caritas ta’ San Severo; is-sindku, Francesco Miglio, u Simona Venditti, kunsilliera muniċipali għall-Politika Soċjali. Il-Kardinal Konrad Krajiewski, dak li jieħu ħsieb il-karità f’isem il-Papa, ssorprenda lill-grupp biż-żjara personali tiegħu biex iwassal ix-xewqat tajba u l-appoġġ tal-Papa għall-inizjattiva lil dawk kollha preżenti.

Il-Knisja ta’ San Severo qed tiċċelebra wkoll wieħed mis-saċerdoti tagħha stess, appostlu u ħabib tal-foqra, Don Felice Canelli, li dan l-aħħar ġie ddikjarat venerabbli mis-Santa Sede. Minħabba l-stat diffiċli attwali bil-pandemija, l-Emporium għandu l-għan li jkun post li jista’ jisma’, jieħu ħsieb, jgħin u jakkumpanja familji li jsofru tbatija ekonomika u soċjali. L-inizjattiva seħħet grazzi għall-kontribuzzjoni tal-Caritas Italiana minn donazzjonijiet offruti mit-Taljani permezz tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali tagħhom.

Dan huwa mod ġdid biex tipprovdi rispons konkret u mmedjat għall-ħtiġijiet bażiċi ta’ familji bi ftit jew xejn dħul adegwat billi toffri varjetà ta’ ħtiġijiet bażiċi, magħmula disponibbli permezz ta’ donazzjonijiet jew xiri, li l-benefiċjarji jistgħu jagħżlu skont il-bżonnijiet tagħhom. Huwa possibbli wkoll li tixtri b’xejn permezz ta’ punti f’card temporanja attivata miċ-Ċentru Djoċesan tas-Smigħ tal-Caritas wara evalwazzjoni bbażata fuq il-bżonnijiet għall-aċċess għal dan is-servizz. Il-benefiċjarji jiġu offruti wkoll servizzi u appoġġ, u possibbiltajiet għat-taħriġ. Ukoll, l-isforzi mmirati lejn l-irkupru u t-tqassim mill-ġdid t’ikel żejjed se jiġu promossi b’approċċ integrali grazzi għan-network ta’ kumpaniji u negozji fiż-żona li qablu li jappoġġjaw din l-inizjattiva.

L-Emporium se jkun post ta’ laqgħa, diskussjoni u riflessjoni bejn il-Caritas, il-parroċċi, s-servizzi soċjali muniċipali, l-assoċjazzjonijiet, it-tielet settur u l-volontarjat sabiex jinbena network t’appoġġ għaċ-ċittadini fil-bżonn, biex jirrestawraw id-dinjità tagħhom u, fl-aħħar, biex jippromwovu l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Il-ftuħ tal-Emporium huwa parti minn sensiela t’attivitajiet li l-istituzzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ilhom jistabbilixxu matul is-snin permezz ta’ proġett speċjali għall-belt.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-06/pope-offers-assistance-to-catholic-charity-in-southern-italy.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.