Il-Papa Franġisku jirringrazzja lil kulħadd tat-talb

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jirringrazzja lil kulħadd tal-“qrubija u talb” filwaqt li qed jirkupra tajjeb wara l-operazzjoni

Ilbieraħ, il-Papa Franġisku għal ħabta tas-1:30pm bagħat tweet fejn irringrazzja lin-nies madwar id-dinja għall-messaġġi tagħhom u tal-interess li wrew fir-rigward ta’ saħħtu, hekk kif qed ikompli bl-irkupru tiegħu fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma wara l-operazzjoni tiegħu.

Il-Papa jikteb fit-tweet tiegħu: “Jiena ninsab kommoss mill-ħafna messaġġi li rċevejt f’dawn il-jiem. Nirringrazzja lil kulħadd għall-qrubija u t-talb tagħhom.” @ Pontifex

Aktar kmieni d-Direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, ta l-aħħar aġġornament dwar is-saħħa tal-Papa.

Bruni stqarr li “l-progress post-operattiv tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qed ikompli jkun regolari u sodisfaċenti. Il-Papa qiegħed jiekol regolarment, u t-terapija t’infużjoni ġiet sospiża.”

SId-Direttur tal-Uffiċċju Stampa jkompli, “l-eżami istoloġiku finali kkonferma stenożi divertikulari severa.”

Bħala konklużjoni, l-istqarrija tinnota li “l-Papa Franġisku huwa kommoss mill-ħafna messaġġi u l-affezzjoni li rċieva f’dawn il-jiem u jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-qrubija u t-talb.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/post-operative-recovery-proceeds-well-and-pope-eating-regularly.html

Jew fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-francis-thanks-everyone-for-closeness-and-prayer.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading