Il-Papa dwar ir-rimi ta’ plastik fil-baħar

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jitlob li tintemm il-vjolenza f’Ħaiti; filwaqt li fakkar biex ma jintremix plastik fil-baħar.

Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd talab lill-partijiet u gangsters Haitjani konfliġġenti biex itemmu dan is-serje ta’ vjolenza li fiha l-pajjiż hu mifni.

Waqt li tkellem matul l-Anġelus ftit jiem biss wara l-qtil tal-President Jovenal Moise, u talba mill-Prim Ministru interim għall-iskjerament tat-truppi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti biex jipproteġu l-infrastruttura ewlenija hekk kif il-gvern jipprova jistabbilizza l-pajjiż u jħejji t-triq għall-elezzjonijiet, il-Papa qal f’dawn il-jiem li t-talb tiegħu spiss qed ikun għal Ħaiti u għall-poplu tiegħu.

“Jien ningħaqad mal-appell mill-qalb tal-Isqfijiet tal-pajjiż biex ineħħu l-armi, u nagħżlu l-ħajja; nagħżlu li ngħixu flimkien fraternament fl-interess komuni ta’ kulħadd u fl-interess ta’ Ħaiti”, qal.

U waqt li esprima l-viċinanza tiegħu lejn “il-poplu maħbub ta’ Ħaiti”, l-Papa talab biex tintemm “il-vjolenza kontinwa u li n-nazzjon jista’ jerġa’ jibda l-vjaġġ tiegħu lejn futur ta’ paċi u armonija.”

Il-Papa Franġisku fakkar ukoll lill-fidili li l-Ħadd 11 ta’ Lulju huwa jum: “iddedikat b’mod speċjali għal dawk kollha li jiddependu fuq il-baħar għax-xogħol u l-għixien tagħhom.”

Iċċelebrat kull sena: Jum il-Baħar, huwa jum għan-nies biex jingħaqdu flimkien biex jitolbu għall-baħħara u għas-sajjieda u jirringrazzjawhom għar-rwol vitali li għandhom f’ħajjitna kollha.

Kif jindika l-Papa Franġisku, huwa wkoll jum li fih tenfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb il-baħar u l-ekosistema tiegħu.

Impressjonanti. Huta maqbuda ħajja ħo borża tal-plastik

Meta tkellem wara t-talb tal-Anġelus, il-Papa qal li qed jitlob għall-baħħara u ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu ħsieb l-oċeani u l-ibħra.

“Ħudu ħsieb is-saħħa tal-baħar: le għal plastik fil-baħar!” hu qal.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-angelus-appeal-haiti-violence.html

Kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-angelus-appeal-sea-sunday-oceans-pollution.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.