Il-Papa Franġisku: n-nanniet, u l-anzjani huma l-ħobż li jsostni lil ħajjitna

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif il-Knisja, lbieraħ mmarkat l-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, l-Arċisqof Rino Fisichella, ċċelebra l-Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, hekk kif il-Papa Franġisku għadu qed jirkupra mill-operazzjoni.

L-Arċisqof Fisichella qara l-omelija li kienet mħejjija mill-Papa Franġisku, li fiha l-Qdusija Tiegħu rrifletta fuq l-Evanġelju tas-17-il Ħadd ta’ matul is-Sena, li jirrakkonta l-miraklu, meta Ġesù temgħa ħamest elef raġel b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Huwa rrifletta fuq tliet mumenti fl-Evanġelju: “Ġesù jara l-folla bil-ġuħ; Ġesù jaqsam il-ħobż; Ġesù jitlob li l-fdal jinġabar”. Dawn it-tliet mumenti “jistgħu jinġabru fi tliet verbi: tara, taqsam, u tippreserva”.

Il-miraklu tal-ħobż u l-ħut, qal il-Papa Franġisku, “jibda bil-ħarsa ta’ Ġesù, li la huwa ndifferenti u lanqas impenjat wisq biex jara l-ġuħ li tħoss l-umanità għajjiena”. Minflok, Huwa jaħseb f’kulħadd, u jifhem u “jagħraf il-bżonnijiet ta’ kull persuna”. N-nanniet tagħna jħarsu lejna bl-istess mod, qal il-Papa. L-imħabba tagħhom għenitna nikbru, u aħna, mbagħad, aħna msejħin biex naqsmu l-imħabba u l-attenzjoni tagħna. “Ejjew nħarsu u naraw, bħalma jara lilna Ġesù”, qal il-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu rrimarka li Ġesù ta l-ikel lin-nies bil-ħobżiet u l-ħut li ġew mogħtija minn żagħżugħ. “Fil-qalba tal-miraklu, nsibu żagħżugħ lest li jaqsam dak li kellu”. “Illum għandna bżonn patt ġdid bejn iż-żgħar u x-xjuħ. Għandna bżonn naqsmu t-teżor tal-ħajja, noħolmu flimkien, negħlbu l-kunflitti bejn il-ġenerazzjonijiet u nippreparaw futur flimkien”, insista l-Papa Franġisku.

“Spiss semmejt il-kliem tal-Profeta Joel, dwar żgħażagħ u xjuħ li jingħaqdu flimkien”, qal il-Papa. “Żgħażagħ bħala profeti tal-futur, li jgħożżu l-istorja tagħhom stess. L-Anzjani, li jkomplu joħolmu u jaqsmu l-esperjenza maż-żgħar, mingħajr ma jwaqqfuhom fit-triq tagħhom. Żgħażagħ u kbar, it-teżor u l-freskezza tal-Ispirtu”.

Fuq l-istruzzjoni li Ġesù ta biex jinġabru l-biċċiet tal-ħobż wara l-miraklu, l-Papa qal: “Dan jikxef il-qalb t’Alla” li huwa mħasseb li “xejn ma jintilef, lanqas framment wieħed”. Dan huwa minnu, li nies, qatt ma għandhom jintremew. Il-Papa Franġisku enfasizza l-importanza li “nħarsu” lin-nanniet tagħna. “Ejjew nipproteġuhom, sabiex xejn minn ħajjithom u mill-ħolm tagħhom ma jintilef”. In-nanniet u l-anzjani, qal il-Papa, “huma l-ħobż li jsostni lil ħajjitna”.

Fil-konklużjoni tal-omelija tiegħu, huwa talab, “Ejjew ma ninsewhomx. Ejjew nagħmlu patt magħhom”, sabiex, “flimkien, żgħar u kbar” inkunu nistgħu “nsibu t-twettiq fuq il-mejda tal-qsim, imbierek minn Alla”.

Fit-tmiem tal-Quddiesa, żgħażagħ offrew fjuri lill-anzjani li kienu preżenti fil-Bażilika għal-Liturġija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-grandparents-elderly-are-bread-that-nourishes-our-life.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.