Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-għargħar fiċ-Ċina u jbierek l-Olimpjadi

Print Friendly, PDF & Email

Wara t-talba tal-Anġelus, il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu man-nies tal-belt Ċiniża ta’ Zhengzhou u l-Provinċja ta’ Henan, fiċ-Ċina, li qed jitħabtu wara xita qawwija li niżlu fl-aħħar jiem li kkawża għargħar devastanti. Il-Papa qal: “Nitlob għall-vittmi u l-familji tagħhom, u nesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħi ma’ dawk kollha li qed ibatu minn din id-diżgrazzja kbira”.

It-televiżjoni statali Ċiniż rrapporta li aktar minn 3 miljun ċittadin ġew affettwati mix-xita qawwija u 376 elf ruħ ġew evakwati. L-belt ta’ Zhengzhou, ntlaqtet ħażin, fejn diversi toroq ġew trasformati fi xmajjar.

Il-Papa fakkar ukoll, li l-Ġimgħa li għaddiet sar il-ftuħ tat-32 Olimpjadi f’Tokjo. Huwa qal: “F’dan iż-żmien ta’ pandemija, jalla dawn il-logħob ikunu sinjal ta’ tama, sinjal ta’ fraternità universali, mmarkata minn spirtu b’saħħtu ta’ kompetizzjoni”. Huwa ta l-barka tiegħu: “Alla jbierek lill-organizzaturi, l-atleti u dawk kollha li jikkollaboraw għal dan il-festival kbir tal-isport”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-prays-for-victims-of-flooding-in-china-and-blesses-olympics.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.