“Qed insegwi s-sitwazzjoni fl-Afganistan bi tħassib kbir,” qal il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd, u żied jgħid, “Jiena ningħaqad fit-tbatija ma’ dawk li qed jibku it-telfa għan-nies li tilfu ħajjithom fl-attakki suwiċida nhar il-Ħamis li għadda, u ta’ dawk li qed ifittxu għajnuna u protezzjoni.”
Kważi mitejn persuna nqatlu fil-bomba suwiċida fl-ajruport ta’ Kabul il-ġimgħa li għaddiet, u eluf ta’ nies għadhom qed jistennew iddisprati biex jaħarbu mill-pajjiż hekk kif it-Talibani qed jieħdu l-kontroll tan-nazzjon.
Il-Papa talab lil “għall-ħniena t’Alla li Jista’ Kollox” għall-erwieħ li nqatlu. Fl-istess ħin, huwa rringrazzja lil dawk li qed jaħdmu biex jgħinu lill-popolazzjoni tal-Afganistan, speċjalment in-nisa u t-tfal. “Nitlob lil kulħadd biex ikomplu jgħinu lil dawk fil-bżonn,” qal il-Papa, “u biex nitolbu biex id-djalogu u s-solidarjetà jwasslu għat-twaqqif ta’ koeżistenza paċifika u fraterna, u joffri tama għall-futur tal-pajjiż.”
Il-Papa Franġisku nsista li “f’mumenti storiċi bħal dawn ma nistgħux nibqgħu indifferenti,” u għall-Insara huwa dmir li nagixxu. Għal din ir-raġuni, huwa qal, “Nappella lil kulħadd biex jintensifika t-talb u jipprattika s-sawm: talb u sawm, talb u penitenza. Issa wasal iż-żmien li nagħmlu dan.”
Huwa kompla jenfasizza u qal “Bis-serjeta: Intensifikaw t-talb u sumu, u itlobu lill-Mulej għall-ħniena u l-maħfra.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-calls-for-prayer-fasting-for-afghanistan.html