Il-Papa jesprimi qrubija mar-refuġjati u l-persuni bla dar

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn filgħaxija, fis-Sala Pawlu VI, fil-Vatikan, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ madwar 100 persuna bla dar u migranti li kienu mistiedna biex jaraw il-film-dokumentarju bl-isem “Francesco”. Dan kien organizzat mill-Fondazzjoni ‘Laudato Si’ u d-direttur tal-film-dokumentarju, Evgeny Afineevsky, li ndirizza tislima personali lill-udjenza, li matulha fakkar fil-migrazzjoni tal-familja tiegħu stess, oriġinarjament mir-Russja, lejn Iżrael, u mbagħad lejn l-Istati Uniti.

Skond l-istqarrija maħruġa mid-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, fi tmiem il-projezzjoni tad-dokumentarju tal-film, il-Qdusija Tiegħu wasal fl-atriju tas-Sala Pawlu VI fejn tkellem ma’ dawk miġbura. Fost dawk preżenti kien hemm 20 persuna li kienu waslu mill-Afganistan fl-aħħar ġimgħat li l-Papa “ndirizza kliem ta’ qrubija u faraġ”.

Minn dawn ir-refuġjati Afgani, kienu erba’ aħwa bejn l-14 u l-20 sena li waslu l-Italja grazzi għall-appoġġ tal-Komunità Sant’Eġidio. Huma tpoġġew fil-kura ta’ żiju tagħhom li ilu mmigrant għal xi snin. L-aħwa kellhom iħallu lill-ġenituri tagħhom warajhom fil-kampijiet tar-refuġjati fl-Iran.

Bismillah, l-ikbar wieħed minn fost l-erba’ tkellem ma’ Vatican News dwar l-importanza li ħassu milqugħ, mismugħ u mifhum mill-Papa Franġisku, u kif il-preżenza tal-Qdusija Tiegħu tathom tama ġdida biex jiffaċċjaw il-futur.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-francis-francesco-film-documentary-homeless-refugees.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.