L-impenn għall-paċi

Print Friendly, PDF & Email

Papa Franġisku: L-impenn għall-paċi għandna bżonnu iktar minn qatt qabel

Is-Sibt filgħodu l-Papa laqgħa għandu l-membru tal-Fondazzjoni “Leaders pour la Paix” (Mexxejja għall-Paċi), li qegħdin ibbażati f’Pariġi. L-għan ta’ din il-fondazzjoni hi li tippromwovi l-paċi permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti u teduka lill-pubbliku u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet rigward ir-riskji li niffaċċjaw jekk diversi kriżijiet li qed jaffettwaw il-pjaneta tagħna m’hux ser ikunu indirizzati. Il-Mexxejja għall-Paċi jinġabru flimkien iktar minn għoxrin mexxej dinji magħrufa b’esperjenza internazzjonali estensiva u b’impenn qawwi għas-servizz tal-paċi u l-umanità.

Il-Papa Franġisku rrikonoxxa l-fatt li qed niffaċċjaw “mument partikolari kritiku fl-istorja” bil-pandemija li għad trid tingħeleb u l-kriżijiet ekonomiċi u soċjali li riżultaw minnha, u li dawn qed jolqtu b’mod speċjali lill-ifqar. Huwa saħaq li l-impenn tagħhom għall-paċi “qatt ma kien iktar meħtieġ jew urġenti daqs illum”, minħabba l-isfidi multipli u konverġenti li d-dinja qed tiffaċċja fl-isferi politiċi u ambjentali; kif ukoll bil-ġuħ, il-klima, l-armi nukleari biex insemmu xi ftit. 

Fl-istess ħin, il-Papa ta ġieħ lil dak li l-Fondazzjoni qed tagħmel, fl-għan biex tgħin lill-mexxejja u liċ-ċittadini jindirizzaw il-kwistjonijiet kritiċi tal-lum “bħala opportunitajiet” u jagħmlu xogħol kostruttiv biex dawn jiġu ndirizzati. Huwa kkwota l-kriżi ambjentali bħala ċans li jista’ jwassal għal deċiżjonijiet importanti mill-mexxejja dinija u wkoll miċ-ċittadini. Il-Papa saħaq li l-importanti hu li naġixxu, filwaqt li hu konxju wkoll tar-riskju dwar kif inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu sfruttati minn gruppi ta’ interess għal raġunijiet ideoloġiċi. Il-Qdusija Tiegħu qal li l-possibiltà għal progress kostruttib jibqa’ fi kwalunkwe każ.

Il-Papa rrimarka li l-iżolament u “t-tenzjonijiet qawwija” ikkawżati mill-pandemija għamlu l-azzjoni politika iktar diffiċli, iżda din tista’ ssir “opportunità biex tippromwovi ‘tip aħjar ta’ politika’”, li hija meħtieġa għall-“iżvilupp ta’ komunità globali ta’ fraternità bbażata fuq il-prattika tal-ħbiberija soċjali”.

L-isferi “kulturali u istituzzjonali” jeħtieġu li jkunu involuti, qal il-Papa, waqt li nnota kif in-naħa kulturali “tpoġġi fiċ-ċentru d-dinjità tal-persuna” u tista’ tinkoraġġixxi djalogu li jiġġenera “fiduċja fir-riservi tat-tjubija fil-qalb tal-bniedem”. Id-dimensjoni istituzzjonali tista’ tkun il-post “biex jitrawwem id-djalogu u l-kollaborazzjoni multilaterali”, u idealment “għandha tingħata preferenza lil ftehim miltilaterali bejn l-istati, għaliex, aktar minn ftehim bilaterali, jiggarantixxu l-promozzjoni ta’ ġid komuni tassew universali u l-protezzjoi ta’ stati aktar dgħajfa”.

Bħala konklużjoni, l-Papa ħeġġeġ lil dwak preżenti fl-impenn tagħhom għall-paċi u soċjetà aktar ġusta u fraterna, u talab biex Alla jgħinnhom jesperjenzaw il-“ferħ li wiegħed lil dawk li jġibu l-paċi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-commitment-to-peace-more-urgent-than-ever.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.