L-enerġija tal-Papa tispira lis-Slovakki fil-fidi

Print Friendly, PDF & Email

Minkejja l-età u s-saħħa tal-Papa Franġisku, s-Slovakki huma ispirati mill-enerġija u l-eżortazzjoni tiegħu biex jgħixu l-fidi tagħhom, u jieħdu ħsieb lill-ħaddieħor li hu fil-bżonn. “Huwa inkoraġġiment li tara lill-Papa daqshekk qawwi, li jħeġġeġ lil kulħadd,” irrimarka Patri Martin Kramara, il-kelliem tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tas-Slovakkja.

Waqt li kien qed jitkellem ma’ Vatican News, Fr. Kramara spjega li meta n-nies raw l-iskeda impenjattiva tal-Papa fis-Slovakkja, kienu qed jistaqsu jekk hux se jagħmilha. Iżda rawh fil-katidral, fil-palazz presidenzjali u fin-nunzjatura kienu “meraviljużi”.

Huwa qal li l-Kattoliċi Slovakki huma kuntenti li qed jaraw dan l-inkaraġġiment fil-fidi għax huwa s-suċċessur ta’ Pietru li ġej għandhom biex “jurihom it-triq fi żmien ta’ inċertezza, fi żmien ta’ Covi, meta ħafna nies tilfu d-direzzjoni tagħhom”. “Il-Papa ġie u ħeġġiġna, mhux biex inħarsu lejna nfusna, imma biex inħarsu lejn l-oħrajn li jistgħu jitħallew lura u li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna”.

Filwaqt li fakkar fil-motto tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa fis-Slovakkja – “Ma’ Marija u Ġużeppi fit-Triq lejn Ġesù”, Fr Kramara qal li dan huwa “verament il-mod kif il-Qdusija Tiegħu qed juri t-triq tal-fidi fi Kristu”. Hija fidi li ġġib il-frott, li mhix egoista u magħluqa fiha nnifisha. Dan l-inkaraġġiment mhuwiex biss għall-Kattoliċi, iżda għall-pajjiż kollu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-09/pope-slovakia-apostolic-journey-bishops-spokesman-interview.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.